best deal

Tuesday, 20 February 2018

BIL-FILMAT: Minkejja l-kundizzjoni mentali huwa wieħed mill-iżjed persuni ta' suċċess f'Malta


Dan David Spiteri Gingell u ilu jieħu l-kura għall-bi-polar għal dawn l-aħħar 18-il sena ilu l-kura għall-bi-polar.


Min hu? "Jiena s-CEO, Kap Eżekuttiv u kont Chairman Eżekuttiv ukoll tal-Aġenzija tal-Informatika. Kont Kap Eżekuttiv tal-Enemalta. Mexxejt u għadni involuta fir-riforma tal-petizzjonijiet. Ftaħt kumpanija u għamilt ħafna xogħol barra minn Malta fuq l-informatika. Bħalissa qiegħed naħdem bħala advisor ma' numru ta' ministeri."

Ħadem ukoll bħala konsulent ta' Alfred Sant u Lawrence Gonzi. David għandu l-kundizzjoni tal-bi-polar. "Hija kundizzjoni li tista' tkun fatali u jekk ma tiġix mogħtija t-trattament, ir-riċerka turi li 50 fil-mija jwettqu suwiċidju."

Ilu 18-il sena jieħu l-kura għall-bi-polar. "L-għajnuna fittixtha wara li għamilt kjass. Kont imdejjaq ħafna. Kont fil-karozza u tant kemm kelli dwejjaq li kienet irrelevanti jekk nasal id-dar sew jew le, u ħbatt ġo ħajt."

David daqqa jkun hemm fuq ... "Tħossok li d-dinja hi tiegħek. Li tagħmel ċerti deċiżjonijiet. Eżempju jkollok argument u taqbad tagħti r-riżenja dak il-ħin. Ma tikkunsidrax il-konsegwenzi. Meta tibda taħseb b'mod razzjonali, jibda jiddispjaċik tal-azzjoni li tkun ħadt."

U daqqa jkun 'l isfel ħafna ... "Meta nkun depressed nara filgħodu ikrah ħafna. Ikun hemm dak il-perjodu ta' bejn is-sitta u s-sebgħa, meta niġi biex immur ix-xogħol, li jkun diffiċli biex noħroġ mis-sodda. Ġieli għamilt 3 jew 4 ijiem fis-sodda għax ma jkollix is-saħħa li niġġieled il-kundizzjoni."

In-nies kienu jifhmuh? "Ma jifhmux xi jkun għaddej. Filli qiegħed hemm fuq tiċċajta u filli taħtaf lin-nies bir-rabja." 

David jinsisti li kulħadd għandu jieħu l-kura. "Il-kura tgħinek timmodera din l-intensità." David jappella biex ħadd jwaqqaf il-kura waħdu. "Jekk twaqqaf il-kura waħdek, dak ikun pass ħażin ħafna li jista' jkun fatali. Għalhekk l-importanti li jkollok l-appoġġ; ħbieb li tafda, familja li tafda u nies li għandhom fiduċja fik u li inti tista' tafdahom tant li meta jaraw xi sinjali ta' imġiba fik jinġabru miegħek, u jgħinuk."

Għall-għajnuna ċempel 21224580.

No comments:

Post a Comment