Sunday, 18 February 2018
BIL-FILMAT: "Nara u nisma' raġel li ma jeżistix" - Matthew
Dan Matthew. Għandu 21 sena. Għal dawn l-aħħar 5 snin, Matthew jisma' u jara raġel li ma jeżistix.
F'Xarabank, Matthew jispjega x'jara. "Nara raġel fejn inkun jien, jiġifieri fil-karozza u fil-kamra tiegħi, u anke nisimgħu." Imma x'jgħidlu? "Dejjem jgħidli affarijiet koroh dwar kif nidher u dawk li qed nagħmel. Joqgħod jgħidli li qed nagħmel xi ħaġa ħażin jew li se nagħmel xi ħażina."
Fl-eżamijiet li kellu, dan ir-raġel kien miegħu. "L-eżamijiet kienu diffiċli ħafna għalija għaliex biex immur nagħmel eżami ikolli ansjetà kbira, u aktar ikun hemm dan ir-raġel. Meta nkun qed nagħmel l-eżami, ir-raġel joqgħod jgħidli li qed nagħmel l-affarijiet ħżiena. Kien joqgħod bilwieqfa ħdejja, jgħajjat miegħi, jgħidli li ħa nfalli l-eżami u mhux se nitla' għat-tieni jew għat-tielet sena u jgħidli biex nitlaq mill-eżami." Dan ir-raġel kien ifixklu fl-eżamijiet u minħabba f'hekk kien imur ħażin.
Dan ir-raġel dejjem ikun l-istess wieħed. Ħadd ma jarah ħlief Matthew. Jekk ikun quddiem xi ħaġa, ix-xi ħaġa ta' warajh, Matthew ma jarahiex. Dan ir-raġel jgħidlu biex jagħmel affarijiet ta' ħsara lilu nnifsu. "Jgħidli biex inweġġa' lili nnifsi, noqtol lili nnifsi u meta nkun qed insuq jgħidli biex nibqa' dieħel għal ġol-ħajt."
Qabel kien jiġġilidlu imma m'għadux. "Qabel kont niġġilidlu imma issa qed nagħtih l-ispazju u r-rispett li għandu, u ninjorah."
Għall-għajnuna ċempel 21224580.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment