best deal

Sunday, 18 February 2018

BIL-FILMAT: "Nisma' leħen jgħidli li se joqtolni" - Mark


Mark kien jisma' l-vuċijiet jhedduh kontinwament.


F'Xarabank, Mark jispjega x'kienu jgħidulu dawn il-vuċijiet. "Dawn il-vuċijiet kienu jhedduni l-ħin kollu, pereżempju li se joqtluni u li se joqtlu 'l-familja tiegħi. Kont nibki u nibża' li veru se tiġri. Dan il-leħen kont nemmnu."

Kien hemm perjodu fejn qajjem lil missieru. "Qajjimtu f'nofsillejl u għedtlu, 'Pa, ħudni Mount Carmel issa. Bdejt nibża' u Mount Carmel kont ħa nħossni safe u kont naf li ħadd mhu se jagħmilli xejn." Dan kollu kien immaġinazzjoni. 


Darba Mark ħaseb li se jagħmlu bomba fil-karozza ta' missieru. "Darba meta kien se jeħodni l-isptar missieri, għedtlu, 'Pa, oqgħod hemm ħa nistartja l-karozza jiena għax ħsibt li għamlulu bomba. Startjajt il-karozza jiena biex jekk jiġri xi ħaġa mmut jien, mhux imut missieri."

Però Mark jgħidilna li qed jieħu l-kura. "Issa qed nieħu l-kura u qed inħossni ħafna aħjar." 

Għall-għajnuna ċempel issa fuq 21224580.

No comments:

Post a Comment