
Bjorn u Maria jixtiequ li jgawdu kemm jista' jkun lil xulxin.
Ninsabu biss ġimgħa 'l bogħod mill-ġurnata ta' San Valentinu. Għal Bjorn u Maria din mhijiex l-unika ġurnata li fiha jfissru l-imħabba li għandhom għal xulxin. Fix-xhur u fis-snin li għaddew urewna kemm iħobbu lil xulxin. M'hemmx bżonn fjura jew rigal biex juru din l-imħabba. Huma stess huma eżempju ta' din l-imħabba.
Aħna tkellimna magħhom u qalulna xi jfissru għalxulxin. "Maria hija kollox għalija. Kull ħaġa li nagħmel. Kull sekonda li ngħix. Inqatta' kull mument magħha. Hija deskrizzjoni pura ta' kif il-bnedmin ma joqogħdux mingħajr xulxin. Minkejja li jkollna l-kunflitti tagħna, xorta ma noqogħdux mingħajr xulxin. Il-vizzju tiegħi hija Maria," jgħidilna Bjorn. U Bjorn xi jfisser għal Maria? "Bjorn għalija huwa ħajti. Inqum naħseb fih. Norqod naħseb fih. Inqatta' l-ġurnata kollha tiegħi miegħu. Kulma nagħmel għalih. Huwa ħajti kollha."

Bjorn u Maria jgħaddu messaġġ lil xulxin għall-Jum San Valentinu. "Nixtieq li nkunu nistgħu nqattgħu kemm jista' jkun żmien iktar flimkien. Inħobbha u nirringrazzjaha ta' kulma tagħmel miegħi. Nispera li l-istorja tagħna ma tispiċċa qatt, li mitt sena oħra nkunu għadna flimkien," jistqarr Bjorn. Maria tgħidilna: "Inħobbu ħafna. Ċerta minnha. Nixtieq kemm jista' jkun li ngawdih."
Għal dan il-jum, se jittella' spettaklu b'ħafna kantanti nhar il-Ħadd li ġej, bil-qligħ imur għall-pazjenti bl-ALS u Dar Bjorn. Din l-attività, li se tittella' fis-Sede Hall tal-Isla fis-14:00pm, se jkun hemm ikel b'xejn. Il-bijetti jinxtraw b'€6 għall-adulti u €3 għat-tfal, u jistgħu jinkisbu minn Dar Bjorn.
No comments:
Post a Comment