Topo Gigio kien
il-karattru ewlieni f'programm
tat-tfal fuq l-istazzjonijiet televiżivi u ikona tal-kultura pop Taljana u ġie maħluq fl-1958 mill-artista Maria Perego.
Dan il-pupazz ta’
25 ċm, ġie maħluq minn 4 minn nies. Tlieta
biex imexxuh u wieħed biex joħloq il-vuċi.
Gigi, kif ġie
imlaqqam dan il-ġurdien, għamel id-debutt tiegħu bħal-lum 11 ta’ Frar, 1959, bil-vuċi tal-attur Giuseppe Mazzullo - Peppino u wara minn
Davide Garbolino.
![]() |
L-arti fil-pupazzi
dak iż-żmien kienet għadha lura ħafna. Moħbija wara purtieri suwed biex
jgħattu kull raġġ ta’ dawl, kien ikun hemm nies li jmexxu partijiet differenti.
Topo Gigio kellu wiċċu artab, mekkaniżmi żgħar li jippermettu l-moviment tal-ħalq,
l-għajnejn u s-swaba'.
Dam popolari għal
diversi snin fosthom bil-preżenza tiegħu fuq Zecchino D’Oro. Giġi ma kienx popolari biss fuq
l-istazzjonijiet televiżivi, imma wkoll fuq rivisti, cartoons, żewġ films,
diversi merchandise u rnexxielu
jagħmilha wkoll fuq The Ed Sullivan Show fl-Istati Uniti!
Topo Gigio temm
l-ispettaklu finali ta' Sullivan fl-1971.
Ara hawn lil Topo Gigio fuq The Ed Sullivan Show -
No comments:
Post a Comment