best deal

Friday, 23 February 2018

BIL-FILMATI: Dan ir-raġel se jieħu sehem f'maratona tal-ġiri, minkejja b'sieq waħda



Dan Noel Cacciottolo. Ħames snin ilu Noel spiċċa b'sieq waħda wara li saru jafu li għandu trombożi.


Ma' Xarabank, Noel jirrakkonta dwar il-lejl li bidillu ħajtu. "Dħalt fis-sodda u ħassejt sieqi kiesħa. Ma tajtx kas għax għedt li qed inħossha kiesħa minħabba li kien Novembru. Però mbagħad ħassejt sieqi mejta u ħaduni l-isptar. Qaluli li m'għandhiex saħħa fiha u kellhom jaqtgħuli sieqi."

Għall-ewwel, Noel ħass li ħajtu spiċċat. "Kif qomt mil-loppju, irrealizzajt xi ġrali u ħassejt li d-dinja tiegħi spiċċat. Sibt ruħi f'siġġu tar-roti u saqsejt lili nnifsi x'se nagħmel. Però mbagħad bdejt inħares lejn in-naħa l-oħra tal-munita u sibt li hemm xi ħaġa li nista' nagħmel. Bdejt nimxi, bdejt insuq, bdejt nitla' t-taraġ u mbagħad bdejt nattendi l-Inspire u dħalt ukoll f'A for A. Dan wassalni biex ngħin lil ħaddieħor billi mmur nara nies li se jgħaddu mill-istess operazzjoni li għaddejt minnha jien, u din il-ħaġa tatni ispirazzjoni qawwija."

Nhar il-Ħadd Noel se jieħu sehem fil-maratona tal-ġiri u ħa jagħmilha għall-Inspire. "Kien hemm ir-raġel t'oħti, Raniero, u erba' snin ilu qalli, 'Trid nagħmluha?' Għall-ewwel għedtlu le però xħin qalli li se jgħinni hu, biddilt fehemt u minn dak iż-żmien sal-lum bqajt nipparteċipa. Fil-fatt, nhar il-Ħadd li ġejt se niġri fil-Maratona għall-Inspire li f'ħajti tatni ħafna."

No comments:

Post a Comment