best deal

Thursday, 15 February 2018

BIL-FILMATI: Dawn huma 5 mill-kanzunetti favoriti tal-Prim Ministru


Every Teardrop is a Waterfall ta' Coldplay, Space Oditty ta' Dave Bowie, Wish you Were Here ta' Pink Floyd, Meravigliosa Creatura ta' Gianna Nannini u Born to Die ta' Lana Del Rey huma ħames kanzunetti favoriti tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Every Teardrop of a Waterfall - Coldplay



Space Oditty - Dave Bowie


Wish you Were Here - Pink Floyd




Meravigliosa Creatura - Gianna Nannini



Born to Die - Lana Del Rey

 


Dawn il-kanzunetti u ħafna oħrajn se jindaqqu mill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali fil-kunċert Prime Minister's Playlist li se jittella' b'risq l-alleanza nazzjonali li tagħti appoġġ lill-persuni b'mard jew kundizzjonijiet rari.

Aħna tkellimna mal-Maestro Sigmund Mifsud, li l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali qiegħda taħt id-direzzjoni mużikali tiegħu. Jispjegalna kif ma kinitx faċli li jikkonvinċu lill-Prim Ministru. "L-idea kienet tagħna, tal-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, li nagħmlu kunċert għall-karità. Aħna ridna li noħorġu kunċett ġdid, u għalhekk saqsejna lill-Prim Ministru dwar l-idea li jsir kunċert bl-għażla tal-kanzunetti li jħobb jisma' hu. Ma kinitx faċli biex nikkonvinċuh imma rnexxielna."

Kont taf li l-Orkestra Nazzjonali Filarmonika tagħmel kunċert kull ġimgħa? "It-tim tekniku li huwa involut ilu għaddej bil-preparamenti fuq l-istage u fuq x'se jsir b'mod artistiku. Minn lat mużikali, l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali jkollha kunċert fil-ġimgħa, u xi drabi anke tnejn, u għalhekk il-preparamenti mużikali għall-kunċert għadna ma bdejnihomx. Dawn isiru 4 ijiem qabel imma l-arranġamenti mużikali, ilhom għaddejjin minn xi xahar ilu."



"L-għażla tal-mużika hija tajba ħafna u f'dan il-kunċert se naraw naħa oħra tal-Prim Ministru, u minnu se nsiru nafu xi jħobb jisma'."

Dan il-kunċert se jittella' fl-24 ta' Frar f'Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fit-20:00pm. Però minħabba li l-postijiet imtlew kollha, dan il-kunċert se jerġa' jittella' fl-25 ta' Frar fis-18:00pm. Tista' tibbukkja post billi tidħol fuq showshappening.com

Il-programm mużikali qed jitmexxa taħt id-direzzjoni artistika ta' Felix Busuttil.
Ritratt tal-Lemin: Omar Camilleri
Ritratt tax-Xellug: Clodagh Farrugia O'Neil

1 comment:

  1. Fost hafna diski ohra sbieh hemm ... ``Please Don`t Go ``

    ReplyDelete