Ftit minuti ilu, inqabdu xi nirien fl-ajruport internazzjonali ta' Malta.
Kelliema għall-Pulizija kkonfermaw li kien hemm xi nirien. Kien għall-ħabta tas-1:15pm, meta ħa xi nar fl-ajurport. Fuq il-post waslu membri tal-Forzi Armati ta' Malta u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Filwaqt li ġew evakwati wkoll għadd ta' passiġġiera u ħaddiema mill-ajruport, ħadd ma weġġa'.
Min-naħa l-oħra, l-Ajurport Internazzjonali ta' Malta qed tavża lill-passiġġiera biex jiċċekkjaw it-titjiriet tagħhom fuq www.maltairport.com qabel ma jiġu l-ajruport. Filwaqt li skużat ruħha għal kull inkonvenjent li seta' nħoloq, żiedet tgħid li qed taħdem biex treġġa' l-ħidmiet tagħha lura għan-normal mill-iktar fis.
Filmati: Luke Borg Carbott
No comments:
Post a Comment