Wednesday, 7 February 2018
Dawn iż-żewġt itfal mhux jitħallew jinżlu fil-pool maħluq għalihom
Iż-żewġt itfal ta' din l-omm mhux jitħallew jinżlu fil-jacuzzi li bi dritt u fuq rakkomandazzjoni tat-tabib għandhom jużawh.
Omm ta' żewġt itfal li jmorru fi skola ta' tfal b'diżabilità tispjega li lit-tfal mhux qed iniżżluhom minħabba direttiva li kienet maħruġa mill-Malta Union of Teachers (MUT). "Din is-sitwazzjoni ilha għaddejja mill-bidu ta' din is-sena skolastika. Kont bgħattilhom l-affarijiet li jkollhom bżonn biex jinżlu fil-jacuzzi u kull darba kont qed insaqsi lill-kap tal-iskola meta ħa jniżżluhom lit-tfal. Però l-problema ġejja minn direttiva li ħarġet l-MUT. Mhijiex problema tal-ilma għax dan jiċċekkjawh kull ġimgħa."
"L-MUT kienet ħarġet direttiva biex l-LSAs u l-għalliema ta' din l-iskola ma jniżżlux it-tfal fil-jacuzzi. Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità, Oliver Scicluna, fetaħ kawża, u d-direttivi waqgħu. Però ħafna mil-LSAs u l-għalliema għadhom mhux iniżżluhom, u t-tfal sa din il-ġimgħa stess ma tniżżlux."
Il-kap tal-iskola qed tniżżel it-tfal hi stess. "Lanqas tgħidha man-nies li l-kap tal-iskola, mara fuq l-50 sena, tniżżel it-tfal hi stess fil-jacuzzi. Qed tagħmel l-almu tagħha biex tintuża din il-jacuzzi. Ħafna mill-LSAs u l-għalliema baqgħu jżommu iebes u bl-ebda mod ma jridu jniżżluhom."
Hu d-dritt tat-tfal li jużaw il-jacuzzi. "Oliver Scicluna kien għamlilna laqgħa fl-iskola u fehemna x'inhuma d-drittijiet tat-tfal, u huwa bi dritt li jużawh. Dan il-jacuzzi huwa importanti għax jagħtihom il-massaġġi li għandhom bżonn, għall-muskoli u għan-nervituri. Għandi l-karta tat-tabib li turi li t-tfal għandhom bżonn jinżlu fil-jacuzzi. Għala fi skejjel oħra jintuża, u l-iskola tagħna le?"
Tappella għal azzjoni immedjata. "Aħna nixtiequ nserrħu moħħna li t-tfal sejrin l-iskola li fiha hemm nies iddedikati u t-tfal jużaw dan is-servizz li bi dritt għandu jkollhom.
Xarabank bagħat lill-MUT għal reazzjoni.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment