best deal

Tuesday, 27 February 2018

Domenico Savio ta’ Malta. Gilbert, it-tifel li xtaq isir qassis biex imur il-missjoni.



Gilbert, imwieled ir-Rabat, it-tieni fost 3 aħwa u mrobbi minn familja sempliċi. Miet ta' 15-il sena. Ġuvni li mal-mewt tiegħu twieled il-ġid. Mal-mewt tiegħu, ħafna nies bdew javviċinaw lil qrabatu u jgħidulhom li qed jitolbu lil Gilbert u li qed jaqilgħu l-grazzji.


Bniedem ferrieħi li jġib lil ħaddieħor qablu. Gilbert kien tifel li jgħallem bl-eżempju. Kif kien jara lil xi ħadd waħdu, kien imur isaqsih għaliex qiegħed waħdu. Minkejja ċ-ċokon, Gilbert kien iħares lejn il-ħajja ta’ wara. Ma kienx jagħti kas l-affarijiet materjali. Ix-xewqa tiegħu kienet li jibni dar ħdejn Ġesu’. Gilbert kien joffri t-tbatija tiegħu għall-ġid tal-Knisja u għall-Papa Ġwanni Pawlu II li kien dak iż-żmien kien iqisu bħala mudell tiegħu.


Fl-1 ta’ Mejju 1992, Gilbert għalaq 10 snin imma ġurnata qabel ħass uġigħ ta’ ras qawwija u daħal l-isptar. Minn CT scan li sarlu rriżultalu li għandu tumur f’rasu. Bla ebda dubju għal familtu dan kien xokk kbir imma minkejja l-marda, ipprova jżomm ruħu attiv u ma ħalliex il-marda titfgħu lura. Baqa’ jmur il-MUSEUM xorta.

“Lili Alla ippreferieni”

Il-marda baqgħet tippersisti u Gilbert kellu bżonn isiefer l-Ingilterra għal xi testijiet. Il-professur kien qallu b’kollox. B’li kellu u x’se jgħamillu. Għalih din kienet l-aħbar sabiħa.
Hu kien jaf li kien tifel speċjali għax dak il-waqt seta’ juri lill-Bambin kemm iħobbu.
Waqt li kien qed jieħu l-kura fl-Ingilterra, kien imur ħdejn pazjenti oħra, anke dawk ikbar minnu, u jimlihom bil-kuraġġ.

Wara ż-żmien li saħħtu bdiet tidher għall-aħjar, il-kanċer reġa’ ħareġ. Fil-ħames snin li dam ibati b’din il-marda, Gilbert qatt ma gerger, u qatt ma qal għaliex jien u mhux ħaddieħor. Anzi kien jgħid ‘Alla lili ppreferieni’ li tani l-marda għax kien ipprivileġġjat li jgħix ħajja ta’ tbatija bħalma għex Ġesu’.

Darba waqt li Gilbert kien miexi lejn il-MUSEUM mid-dar, iltaqa’ mal-Monsinjur Laboa, rappreżentant tal-Vatikan għal Malta u espert fil-kawżi ta’ qdusija. Dan l-istess Monsinjur wara li tkellem miegħu, saqsa għalih u xtaq jerġa' jiltaqa’ miegħu u hekk sar.

Bħal-lum fl-1998, Gilbert miet, ta’ ħmistax-il sena. Iżda l-ħajja tiegħu ma spiċċatx hemm, għax baqa’ ħaj fl-ispirtu. Wara mewtu Gilbert qala' ħafna grazzji lil ħafna nies li talbuh. Għalhekk Gilbert huwa meqjus bħala tifel qaddis.


Fis-sena 2000 Gilbert, għalaq sentejn mejjet. Din kienet l-istess sena fejn il-kawża tal-beatifikazzjoni ta’ Dun Ġorġ Preca kienet waslet biex tispiċċa u Dun Ġorġ Preca ġie beatifikat. Kien f’dan l-istess żmien meta n-nunzju Laboa, qal li wasal il-mument li naħdmu biex il-qaddis li jmiss ikun Gilbert Simiana, it-tifel qaddis. It-tifel li offra t-tbatija tiegħu għall-ġid ta ħaddieħor.

No comments:

Post a Comment