Friday, 2 February 2018
"Għaddejt minn abbuż verbali u fiżiku kbir" - Deborah C
"Tibżgħux tgħidu le fil-ħajja."
Dan huwa kliem Deborah C li għaddiet minn abbuż verbali u fiżiku kbir f'relazzjoni li kienet fiha. "Din is-sena ma kontx se nieħu sehem. Kif smajt il-kanzunetta, il-passjoni u l-enerġija li għandi lejn il-mużika ħeġġewni biex nerġa' napplika. Kont għaddejja minn perjodu ħażin. Kelli relazzjoni li sfortunatament kien jixrob u kien jitkellem bl-addoċċ. Moralment kien jaffettwani ħafna. Kien jgħidli li ma wasalt imkien fil-kant u x'nieħu sehem nagħmel il-Eurovision. Dawn il-kummenti veru kissruni. Imma what doesn't kill you makes you stronger."
Deborah tgħaddi messaġġ: "Meta tkun f'relazzjoni, il-kliem aħsbuh qabel tgħiduh. Kien hemm min kien jgħidli biex nitilqu imma tant kemm kont għamja u kont inħobb li ma kontx nagħti kas. Bqajt intawwal u ħlejt ħafna żmien. Għalhekk tibżgħu tgħidu le fil-ħajja."
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment