best deal

Friday, 2 February 2018

Għamilna prova għat-tieġ ta' Christabelle


It-tieġ ta' Christabelle u Jordan jinsab ftit xhur 'il bogħod u għamilna prova tagħha.

F'Xarabank Christabelle spjegatilna kif se titlef l-indipendenza tagħha fl-indipendenza. Bla ma kienet taf, ippreparajna kollox, il-qniepen, il-mantell, it-tapit l-aħmar, il-kejk u l-bukkett! U f'temp ta' ftit sekondi, għamilna prova tat-tieġ live f'Xarabank!

U Peppi pprepara poeżija qasira għal din l-okkażjoni:


Nilqa' magħna lil Christabelle u lil Jordan li nnammra magħha
Hi se twiegħed li se tkun tiegħu u hu se jwegħedha li jkun tagħha

Jordan kalm u frisk daqs ħassa, hi f'ġisimha m'għandhiex kwiet
U hu jkun għadu kif se jibda, u hi diġa' tkun lestiet

Imma t-tnejn f'ġirja sabiħa u f'telieqa m'għandhiex ħin
ta' minn minnhom jirnexxilu jħobb l-aktar lil xulxin 

No comments:

Post a Comment