best deal

Thursday, 8 February 2018

"Hemm riskji serji għas-saħħa u s-sigurtà tal-għalliema u tal-istudenti" - MUT


L-Malta Union of Teachers (MUT) tgħid li s-servizz tal-jacuzzi għandu riskji serji għas-saħħa u s-sigurtà tal-edukaturi u tal-istudenti.


Ilbieraħ Xarabank.com.mt tkellem ma' omm fejn sostniet li ż-żewġt itfal tagħna mhux jitħallew jinżlu fil-jacuzzi li bi dritt u fuq rakkomandazzjoni tat-tabib għandhom jużawh. Spjegat li din il-problema nħolqot minn direttiva tal-MUT, u mhux problema tal-ilma li dan jiġi ċċekkjat kull ġimgħa.

B'reazzjoni għal dan, l-MUT qalet li l-jacuzzi jikkejterja għall-persuna waħda, u mhux għal edukatur flimkien ma' student. "Il-union m'għandha l-ebda kwistjoni mal-idroterapija (kura ta' mard fil-ġisem bl-ilma, b'eżerċizzji f'pixxina) f'ċentri oħra għax dawn jużaw servizzi ta' pixxini u ma jdaħħlux l-edukaturi u l-istudenti flimkien f'banji."

Tgħid li mhux veru l-kap tniżżel lill-istudenti hi stess. "Din ir-rimarka mhijiex vera għax il-union assensjat meta żaret iċ-ċentru din il-ġimgħa. L-iskola minflok b'mod irresponsabbli qed tobbliga lill-edukaturi biex jużaw dan is-servizz meta taf li hemm riskji serji ta' saħħa u ta' sigurtà kemm għall-edukaturi u l-istudenti. Fil-passat, l-ilma ta' dan il-banju sarulu testijiet essenzjali u dawn irriżultaw fin-negattiva. Li tittestjah darba f'ġimgħa, kif ġie rrimarkat, mhuwiex irrakkomandat skont ir-regolamenti tas-sigurtà."

Ittemm tgħid li qed tagħmel hekk biex tipproteġi lill-edukaturi u lill-istudenti. "Minflok hija l-union li qed tkun responsabbli u tipproteġi lill-edukaturi u lill-istudenti mir-riskji, u ċertament mhux l-iskola jew il-kummissjoni li minflok għażlu li jirrikorrew għal tattika kkuppjata biex issikket l-edukaturi."

No comments:

Post a Comment