best deal

Friday, 2 February 2018

Il-kanzunetta 'Sal-Aħħar Nifs' kellha tkun ta' Lawrence Gray


Il-kanzunetta Sal-Aħħar Nifs kienet ta' Lawrence Gray bl-Ingliż.


Din il-kanzunetta titkanta bil-Malti minn Fabrizio Faniello imma kienet miktuba l-ewwel bl-Ingliż u kantata minn Lawrence Gray. "Hija kanzunetta li togħoġbni għax meraviljuża u għaliex dik kienet kanzunetta tiegħi bl-Ingliż. Kienet inkitbet għalija għall-festival tal-kanzunetta Maltija għall-Ewropa. Kien jisimha Written Down in my Soul. Ma kinitx għaddiet għall-finali."

"Niftakar li kien ċempilli l-awtur tagħha u qalli, 'Għandna opportunita' li nidħlu l-festival b'kanzunetta Maltija, issib oġġezzjoni jekk jiena nagħtiha lil xi ħaddieħor?' U għedtlu, 'Le lanqas xejn għax il-kanzunetta mhijiex tiegħi imma ta' min kitibha.' Ħadt pjaċir li taha lil Fabrizio. Għamlitlu ġid kbir għax kien rebaħ il-festival biha u kien irrappreżenta lil Malta fejn ġie fit-tieni post."

No comments:

Post a Comment