best deal

Friday, 2 February 2018

"Ilbieraħ kellu jċempilli imma din it-telefonata qatt ma ġiet lura" - Paul Giordimaina


Nhar it-Tlieta Paul Giordimaina flimkien ma' sħabu kienu se jagħmlu sorpriża lill-Bayzo.
Paul Giordamaina, kien ħabib kbir ta' Tony Camilleri, magħruf bħala l-Bayzo, li lbieraħ miet fl-eta' ta' 70 sena. Il-Bayzo kien magħruf ħafna għas-sehem tiegħu f'Ġensna.




Paul jgħidilna li t-Tlieta li ġej kienu se jagħmlulu sorpriża. "It-Tlieta li ġej konna se niltaqgħu flimkien. Pero' huwa lanqas kien għadu jaf. Konna se nagħtuh sorpriża għax ried jiltaqa' miegħu Joe Galea, li pproduċa Ġensna, u kien se jiġi wkoll Paul Abela. Minħabba l-Eurovision, għedna ħa nħalluh jgħaddi u nagħmluha t-Tlieta. Ċempiltlu biex ngħidlu li t-Tlieta se niltaqgħu imma dak il-ħin ma setax ikellimni. Imbagħad il-mara qaltli li se jċempilli lura. Pero' din kienet telefonata li qatt ma ġiet lura."




"Kont xogħol xħin sirt naf. Dak il-ħin ma stajtx indoqq u poġġejt bilqiegħed. Bdew deħlin ħafna telefonati mingħand il-ħbieb u l-kantanti. Kont naf li saħħtu ma kinitx perfetta, imma ma stennejtx li ħa jħallina hekk," jistqarr Paul.




Jiddeskrivih bħala l-kantant favorti tiegħu. "Tony kellu l-vuċi tad-deheb. Il-kantant favorit tiegħi. Kont immur il-klabbs fejn kien ikanta biex nisimgħu.  Sibtu fil-bidu tal-karriera tiegħi u kien ħabib personali tiegħi. Bqajna f'kuntatt, konna noħorġu u għalkemm dan l-aħħar kellu problemi ta' saħħa, konna noħroġu dawk is-sagħtejn biex immorru nieħu kafe' jew te."




Paul jgħaddi messaġġ lill-Bayzo. "Grazzi Ton talli għentni mill-bidu tal-karriera tiegħi, talli emmint fija, tad-diskussjonijiet fit-tul li kellna u ta' dawn is-snin kollha illi dejjem bqajna f'kuntatt."


1 comment: