best deal

Friday, 2 February 2018

"Jagħmlu l-isforzi kollha biex iħarsu t-toroq" - il-Pulizija



Ir-raġel spjega magħna li s-Sibt waranofsinhar u l-Ħadd, is-sewwieq tal-muturi qed isuqu b'veloċita' qawwija, b'uħud minnhom isuqu b'180 kilometru fis-siegħa. Allega li n-number plates ta' dawn il-muturi ma jidhrux fil-mument li jkunu qed jinstaqu b'dik il-veloċita' u kif din it-triq saret post kummerċjali għall-fotografi. Ir-raġel appella b'qawwa biex tittieħed azzjoni immedjata.

Għaldaqstant, Xarabank qed jinvestiga din l-istorja. Matul il-weekends li għaddew, aħna għaddejna f'ħinijiet differenti minn din it-triq. Ikkonfermajna li hemm sewwieqa li qed isuqu b'veloċita' enormi iżda innutajna wkoll li ħafna sewwieqa kienu qed isuqu b'mod sigur. Aħna innutajna wkoll li xi sewwieqa malli jaslu fejn il-pulizija, inaqqsu l-veloċita' b'mod konsiderevoli.

Aħna tkellimna mal-Pulizija dwar dan u qalulna li qed jagħmlu l-isforzi kollha. "Is-Sezzjoni tat-Traffiku flimkien mad-Distretti jagħmlu l-isforzi kollha biex iħarsu t-toroq kollha madwar Malta u Għawdex, b'mod speċjali toroq arterjali bħalma hi Triq il-Kosta, għal sewqan eċċessiv, fost l-oħrajn. Għaldaqstant, diversi sewwieqa jiġu mħarrka waqt dawn l-ispezzjonijiet."

Inti x'taħseb? Ikkummenta hawn taħt.

Ritratt tax-xellug: The Malta Police Force

1 comment:

  1. Wasal iz zmien ghal korsa tal muturi u karozzi. Korsa tat tlielaq tfisser kummerc hafna ikbar milli hawn bhal issa, tistaw timmaginaw jigu F1 jew MotoGP hawn Malta.

    ReplyDelete