Tuesday, 20 February 2018
"Kont ngħid lill-qassis dnubiet li ma għamiltx" - Shirley
Shirley ilha tbati mill-OCD minn meta kienet tifla żgħira.
"Jiena nbati mill-OCD u allura dejjem niffissa fuq ħaġa ġdida. Meta kont żgħira, avolja kelli ħafna ossessjonijiet bħal li naħsel ħafna jdejja, kont nibża' li ma qerrejtx sew. Allura meta kont immur inqerr kont nivvinta aktar dnubiet li ma nkunx għamilt."
Shirley kienet tibża' li hi bniedma perikoluża. "L-agħar ossessjoni li kelli kienet meta bdejt nibża' li jien xi bniedma perikoluża mingħajr ma naf. Ma stajtx ngħix trankwilla. Qisni ma kontx naf lil min se naqbad ngħid għax dak li jkun xħin ħa tgħidlu ħa jibqa' jħares lejk iċċassat u forsi jibda jibża' minnek."
"Jekk kont qed nara l-aħbarijiet u smajt li xi ħadd qatel lil xi ħadd, tant kienet twaħħaxni din il-ħaġa li kont nistaqsi lili nnifsi, "Tgħid kapaċi nagħmel l-istess ħaġa mingħajr ma naf?" Din hija tbatija kbira għax qisek ma tista' titkellem ma' ħadd dwarha."
"Issa ilni 18-il sena nieħu l-kura u lanqas nimmaġina li xi darba nwaqqaf il-pilloli."
Għall-għajnuna ċempel 21224580.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment