best deal

Friday, 23 February 2018

"L-MIDU f'Monte Karmeli qiegħed fi stat gravi ħafna"



Mara li binha jagħmel xi żmien rikoverat fil-Male Intellectual Disability Unit f'Monte Karmeli tilmenta li l-post huwa fi stat ħażin ħafna.



"It-tifel tiegħi jbati mill-awtiżmu (asperger autism disorder) li kultant tkun għolja ħafna u jkun qiegħed ħażin tant li jagħmel affarijiet li jkollu jittieħed Monte Karmeli għal kura. Id-dipartiment li ġieli jittieħed huwa l-MIDU. Għall-ewwel taraha ħelwa bħala sessjoni iżda kif tidħol issib biċċa kuritur u f'nofsu għamlu bieb tal-aluminju bil-ħġieġ li minnu ma tistax tibqa' tidħol għal ġewwa."

Il-mara tallega li ma titħallix tidħol fis-sala fejn jorqod binha. "Ma tistax tidħol ġewwa. Hemm kamra kbira kif tidħol fuq ix-xellug fejn il-viżitaturi jkunu jistgħu jaraw il-pazjenti. Kulma hemm żewġ siġġijiet u żewġ imwejjed biss. Hemmhekk tista' toqgħod għax ma jħallukx tidħol fis-sala fejn jorqdu."

Din sessjoni nieqsa minn affarijiet oħra. "Lanqas toilets għal viżitaturi m'hemm. Dakinhar ċempilli t-tifel u qalli, 'Ma, qed nitqalla' għax hemm it-toilet imċappas bil-ħmieġ. Anke meta mort nara lil ibni, rajtu bil-basket wara dahru. Għedtlu, 'Għaliex ma tagħmlux fil-locker?' Qalli li m'għandux locker u ħadd m'għandu locker biex fih iżommu l-affarijiet. Lift lanqas hemm u dakinhar kien hemm wieħed qalli li ħuh ilu hemm 4 xhur u meta jagħtih attakk tal-marda li għandu ma jkunx jista' jitla' t-taraġ, u kellu jorqod isfel."

Iżżid tgħid, "Għandhom is-sħana wkoll għax anke air-conditioner ilu għal xi żmien ma jaħdimx. Hemm nuqqas ukoll ta' sinkijiet għax it-tifel qalli li kulma hemm wieħed fuq. Tgħidli dawn ċuċati, imma meta tarahom f'daqqa mhumiex."

Tappella għal kundizzjonijiet aħjar. "Nappella biex din is-sessjoni tittranġa u jkollha affarijiet li fihom jistgħu jgħixu komdi l-pazjenti. Għafsa ta' qalb li tarahom jgħixu hekk, u tarahom fuq is-siġġiet iħarsu lejn it-televiżjoni jew lejn xulxin," ittemm tgħidilna l-mara.

No comments:

Post a Comment