Antoine Borg jemmen li hemm żmien għalkollox.
Hija tradizzjoni li l-Karnival jiġi ċċelebrat qabel ir-Randan iżda din hija l-ewwel sena li dan ġie pospost għall-ewwel weekend tar-Randan. Dan qajjem ħafna reazzjoni. Kien hemm min qabel u kien hemm min argumenta li l-Karnival m'għandux ikollu postu fir-Randan.
Xarabank tkellem ma' Antoine Borg li jemmen li l-Karnival mhuwiex postu fl-ewwel ġimgħa tar-Randan. "Jiena napprezza ħafna x-xogħol li jagħmlu d-dilettanti tal-Karnival. Kważi kważi lanqas il-kelma dilettanti ma toqgħod għax jagħmlu xogħol professjonali u xogħol tajjeb ħafna. Però jien nemmen li kollox għandu ż-żmien tiegħu. Oriġinarjament, anke meta ttieħdet id-deċiżjoni li l-Karnival jiġi ċċelebrat qabel ir-Randan, din kienet ittieħdet bi skop."
Antoine jistqarr li bħala ġenitur mhux se jieħu t-tfal il-Karnival il-weekend li ġej. "Il-Ħadd li għadda mort u ħadt pjaċir ħafna qabel ma bdiet ix-xita. Però nħoss li m'għandix immur għal raġuni li nirrispetta l-kwistjoni kulturali u storiku ta' għalfejn il-Karnival jiġi meta jiġi, u minħabba l-prinċipju li hemm żmien għalkollox. Nemmen li għandna nirrispettaw li settur kbir tal-popolazzjoni f'pajjiżna dawn l-40 jum jarahom bħala żmien ta' riflessjoni, ta' kwiet, ta' kalma u ta' ġabra. Li l-Karnival jiġi ċċelebrat f'wieħed mill-jiem tar-Randan mhux se jagħmel differenza, imma meta torganizza xi ħaġa hekk fuq skala daqshekk nazzjonali, bis-sinifikat li għandha, nemmen li tkun qed tibgħat messaġġ lis-soċjetà li m'hemmx valur għal xi ħaġa fi żmien, li kollox jiswa dejjem."
Itemm jgħid: "Ma jien ħadd biex ngħid li dak li jkun x'għandu jagħmel. Lanqas ma jien xi ħadd li nemmen li bniedem m'għandux jieħu pjaċir fir-Randan. Mhux ngħid lin-nies li m'għandhomx imorru, imma jien ma mmurx."
Imma jekk fir-Randan tmur il-Karnival, huwa dnub? Aħna saqsejna lill-Knisja f'Malta u twieġeb li dan mhuwiex dnub.
"Il-Karnival mhux dnub u l-Knisja ma tiġġudikax lill-persuna li tagħżel li tiċċelebra l-Karnival. Il-Knisja tistieden lill-Insara biex fl-għażliet li jagħmlu, inkluż fir-Randan, isibu ħin biex jirċievu s-Sagramenti, partikolarment fil-quddiesa tal-Ħadd, Jum il-Mulej."
Inti x'taħseb? Ikkummenta hawn taħt.
Ritratt tax-Xellug: Newsbook.com.mt
Ritratt tal-Lemin: Photo City
Jisghobija li hareg temp ikrah fil-karnival. Imma mhux accettabbli li jsir fir Randan Imqaddes
ReplyDeleteThis comment has been removed by the author.
ReplyDeleteId-dnub mhux li tmur il-karnival izda l-knisja li ghalija sar xejn m'hu xejn. Il-knisja ta' llum u aktar u aktar ir-raghjja spiritwali taghna, igifieri l-isqfijiet, ma ghadhomx jimxu ma l-istess twemmin li suppost jkattru izda saru politici. Imexxu mhux fl-interess tal-merhla izda bil "political correctness". X'jiswa li tghid il-Bibbja u t-taghlim ta' Kristu? Issa l-aqwa li nidrhu moderni u nidrhu sbieh mal "establishment". Il-knisja fejn kienet waqt id-dhul tal-ligi taz-zwieg? Fejn kienet fuq il-kwistjoni tal-generu, fuq id-dhul tal Islam fl-iskejjel? U issa fejn hi meta bid-dikjarar qed tghid li mhux se topponi it-tnehhija tar-religjon mill-kostituzzjoni?
ReplyDeleteIl-vangelu jghid li n-naghag jimxu wara r-raghaj ghax jgharfu lehnu. Dawn x'lehen qed issemmaw?