
Passiġġier li kien għadu kemm wasal minn titjira li kienet għadha ġejja minn Pariġi, stqarr li damu 'l fuq minn sagħtejn mingħajr ma ngħataw flixkun ilma.
Dan wara li iktar kmieni waranofsinhar, l-ajruport ġie evakwat minħabba xi nirien li ġew ikkawżati minn ħruq fil-pump room tal-akkwarju.
Aħna tkellimna ma' Franċiż li kien għadu kemm jasal Malta ftit qabel ma nħakmu n-nirien fl-ajruport. "Fis-13:00 wasalna Malta minn titjira li telqet minn Pariġi. Konna fil-kowċ iżda mbagħad qalulna li hemm xi nirien u reġgħu ħaduna lura fl-ajruplan. Għamilna 'l fuq minn sagħtejn fl-ajruplan mingħajr ikel u xorb. In-nies damu jgergru u xebgħu, u wara li għaddew sagħtejn, tawna flixkun ilma."
Wara li ħarġu mill-ajruplan, isib folla mdaqqsa mhux ħażin ta' nies jistennew. "Ftit tal-ħin ilu qalulna li nistgħu noħorġu mill-ajruport. Xħin morna biex niġbru l-bagalji nsib folla ta' nies jistennew li jiġbru l-bagalji tagħhom. Għadni hawnhekk nistenna fil-kju. In-nies qed igergru ħafna. Dan l-inċident juri kif l-Ajruport Internazzjonali ta' Malta mhuwiex organizzat u mħarreġ biżżejjed għal emerġenzi bħal dawn," itemm jgħidilna l-Franċiż.
Ritratt tax-xellug: Television Malta
That's they airline company who didn't provide food and drinks..
ReplyDeleteAs for ppl waiting outside in the cold, got served by the airport employees with hit tea and coffee!! A big well done to everyone great initiative , as nothing went bad in such a busy place! ;)