Friday, 2 February 2018
Tatu stroke fix-xhur li għaddew
Renato jitkellem dwar dak li ġralu ftit ilu.
"Is-sena l-oħra kelli stroke imma għall-grazzja t'Alla ninsab aħjar. Ma stajtx nitkellem. Għamilt 3 xhur terapija fejn fost l-oħrajn tgħallimt naqfel il-buttuna, nikteb u kelli nitgħallem kollox mill-bidu. Kienet esperjenza veru kerha."
Jirrakkonta l-esperjenza li għadda minnha f'quddiesa. "Kelli quddiesa, u minn wara l-istroke bdejt nibża' mmur waħdi. Ċempilt lil Mary Rose u ġiet miegħi. Ħassejt xi stramba jiena u nkanta. Inkanta u fl-istess ħin qed nisma' qisu lil xi ħaddieħor qed ikanta u mhux jiena."
"Minn din, tibda tapprezza kull ħin u kull mument għax meta jkollok nofs ġismek mejjet ma tista' tagħmel xejn."
Illejla f'Xarabank Renato se jkun magħna jirrakkonta l-istorja tiegħu.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment