Saturday, 24 February 2018
"Waqt magħmudija mort nittaqqab f'konfessjonarju"
Raquel kienet tieħu d-droga. Għamilt seba' snin il-ħabs. Kienet prostituta. Twieldet tifel imma ta' seba' snin bdiet tħossha tifla. Aħna morna niltaqgħu ma' Raquela. Din l-istorja tagħha.
"Niftakar ġurnata minnhom l-għalliema saqsietna xi tridu tkunu. Wieħed qallha pilota, ieħor qalilha u jiena għedtilhom li nixtieq insir mara. Hemmhekk qamet xi ħaġa ta' barra minn hawn fil-klassi li ma ninsieha qatt. Din il-ħabta li tkun transgender kienet taboo kbir u l-bibien tal-infern infetħu."
"Min jaf kemm-il darba ommi qabditni liebsa ta' mara u nispiċċa msakkra ġo ċella. Ikolli xi spettur jew surġent u tgħidilhom biex iwerwrulha lit-tifel. Ta' 13-il sena ħaduni għandi psikjatra. Kont diġà feminata u qalli biex nerġa' nilbes il-qliezet ta' taħt tas-subien. Għedt f'qalbi, 'Hawn x'inhu ġej? Dan bis-serjetà?'"
Meta kibret Raquela. "Kien hemm żmien meta xtaqt nagħmel sex change. Però llum il-ġurnata dik tant qbiżtha u tant jiena komda kif jiena li ma nimmaġinanix la mara u lanqas raġel. Ma nikkunsidrax lili nnifsi inqas minn mara imma nikkunsidra lili nnifsi bħala mara transgender. Mhijiex kinitx aċċettata li tkun transgender. Imbagħad ridt infittex nies li ma jiġġudikawnix u bdejt infittex kumpanija ta' prostituti. Bdejt nagħmel il-prostituzzjoni u la kont għadni żgħira, il-prostituzzjoni ma dejqitnix. Bdejt nara flus kbar u ħassejtni tajba."
Fil-prostituzzjoni Raquela tmur bħala mara transgender. "Hemm domanda kbira ta' barra minn hawn. La tagħmel differenza l-età, la tagħmel differenza jekk inti maġistrat, spettur, avukat, tabib, mekkanik jew bidwi."
Raquela tgħidilna li hemm ħafna rġiel li jmorru ma' prostituti transgender bħalha għax iħobbu jkunu ddominati. "Raġel iħares 'l isfel lejn mara u mara tħares 'il fuq lejn raġel. Dik naraha li tant issir normali għal raġel li ma teċittahx. Allura tiġi f'sitwazzjoni fejn tieħu gost tiġi ddominat u tkun trid tipprova xi ħaġa dominati. Hija sitwazzjoni fejn qed jaraw mara feminata imma b'parti ta' raġel fuqhom. Jiġu bħala kurżità, bħala bżonn u biex jipprovaw minn kollox."
Bħala prostituta, Raquela kemm-il darba kienet f'periklu. "Sparawli 3 darbiet imma ma nlaqtunix. Daqqiet ta' karozzi qlajt ukoll. Ma kontx nista' mmur l-għassa għax l-inqas ħaġa li rrid hi li nersaq il-Qorti. F'dan ix-xogħol issib minn kollox. Hemm min jittrattak tajjeb u jkun gentleman u hemm min jittrattak ta' żibel. Issib nies li jispiċċaw jistuprawk. Ma jfissirx li għax tkun prostituta ma jkun hemm partijiet li ma żżommhomx għalik." Għal Raquela l-prostituzzjoni hi negozju biss u tipprova ma tħallix li l-emozzjonijiet jidħlu f'xogħolha.
"Ġejt f'punt fejn bdiet iddejjaqni l-prostituzzjoni. Kont f'relazzjoni u hemmhekk l-ewwel wake-up call li kelli, li ma jħobbux talli inti imma għal dak li toffri. Kien wasal iż-żmien biex naqtgħu l-prostituzzjoni imma tant kien ċirku li dħalt fih, li ma kinitx faċli biex naqtgħu dan ix-xogħol."
Aktar tard Raquel tibda tieħu d-droga. "Id-drogi kissruni u għamilt ħsara kbira fuqi nnifsi. Meta kont noħodha ma ħassejtx li kelli problema. Kont nieħu l-coke mbagħad l-boyfriend li kelli introduċini għall-ismack. Għall-ewwel bdejt naħraq imbagħad bdejt nittaqqab. Biex insuq minn post għall-ieħor, biex noħroġ, kont inkun lesta bil-labar ħalli kemm infaqqa'. Darba kont f'magħmudija u spiċċajt qomt minn fuq il-bank, dħalt fil-konfessjonarju, il-quddiesa għaddejja, u qgħadt nittaqqab."
Fil-ħabs lil Raquela jittrattawha ta' raġel. "Il-ħabs kont in-naħa tal-irġiel. Ipprovaw jaqtgħuli l-hormonal treatment. Ma kinux iħalluni nilbes bra, la nagħmel make-up, ma kinux iħalluni niżbogħ xagħri u lanqas iħalluni nagħmel il-wax.
Raquela toħroġ mill-ħabs imma ssibha diffiċli biex tkompli b'ħajjitha. "Kien hemm mumenti fejn ħassejt li d-dinja spiċċat għalija. Ma stajtx nifhem lil l-għala bdejt insib il-bibien magħluqa, meta jiena ġejt square mas-soċjetà u ħallast iktar milli sippost. Spiċċajt ma stajtx insib xogħol u kelli nerġa' ndur lejn il-prostituzzjoni. Però ħassejtni li qed nerġa' nitħammeġ. Bdejt ngħid li jiena ma jistħoqqlix hekk wara din il-mixja kollha. Erġajt bdejt nieħu l-cocaine biex intaffi l-uġigħ li kont qed inħoss."
Raquela ma kinitx kuntenta bil-ħajja li reġgħet spiċċat fiha. "L-unika bridge li fadalli biex ngħaddi mort il-female shelter tal-Caritas. L-għajnuna li tawni kienet kbira wisq. Veru grata għalihom. L-attenzjoni li tawni kienet kbira. Kieku mhux qiegħda fejn qiegħda llum il-ġurnata. L-imħabba li rċevejt mingħandhom ma sibtha mkien, lanqas fil-familja.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment