best deal

Thursday, 1 March 2018

Alberto Castagna jagħlaq 13-il sena mejjet

Ritratt. Tvzap
Alberto Castagna beda jaħdem bħala ġurnalist għall-gazzetti 'Il Piccolo' u 'Settimanale'.



Fl-1982, iddebutta fuq it-TV fil-programm tal-aħbarijiet Rai 2 TG2, fejn beda bħala ġurnalist.

Alberto ħadem ma' Pippo Baudo għal edizzjoni waħda tal-ewwel serata Serata d'onore li sar fl-1988, imbagħad ospita x-xow ta' filgħodu Mattina 2 u, fl-1992, I fatti vostri, it-tnejn li huma mmexxija minn Michele Guardì.

Wara li rebaħ it-Telegatto bħala 'personaggio maschile dell'anno', fl-1993 Castagna telaq ir-RAI.

Fl-1995 u 1996, Alberto Castagna ppreżenta x-xow ta’ waranofsinhar fuq Canale 5 - Casa Castagna.

Fl-1996 kien imwaqqaf mill-Ordine dei Giornalisti minħabba ksur tar-regoli dwar it-tfal fuq it-TV waqt episodju ta' Stranamore.

Alberto, però ma kienx jippreżenta biss. Fl-1998 kellu rwol bħala attur fil-film 'La villa dei misteri' li kien jixxandar fuq l-istazzjon Retequattro. Fl-istess żmien daħal l-isptar fejn minħabba stat ta’ saħħa krititka, ġibed l-attenzjoni tal-midja Taljana kollha.

F’April 2001 reġa' daħal fit-TV bl-aktar programm popolari, Stranamore, li kien qed jixxandar kull nhar ta’ Ħadd fuq il-Canale 5. Bla ebda dubju dan kellu suċċess kbir u mbagħad kien imċaqlaq għal Retequattro fl-2004. Fl-istess sena, Alberto mexxa skeda oħra ta' divertiment għal Retequattro, Cosa non farei.
Fi Frar 2005, Alberto Castagna beda jippreżenta edizzjoni ġdida ta' Stranamore, ma' Emanuela Folliero. Dan il-programm kellu jieqaf ħesrem minħabba l-mewt tal-istess Alberto li miet bħal-lum 13-il sena ilu.

L-aħbar tal-mewt tiegħu ġiet imħabbra fuq it-televiżjoni live minn Paolo Bonolis matul l-edizzjoni tal-festival San Remo tal-2005, l-aktar festival importanti tal-mużika fl-Italja.

Żgur tiftakar b'liema diska kien jibda biha l-programm Stranamore,All you Need is Love’. Ara hawnhekk.


No comments:

Post a Comment