best deal

Monday, 26 March 2018

Ara għalfejn din il-mara Maltija għadha kif irċeviet unur kbir mingħand ir-Reġina


Sarah hija omm Maltija li ftit jiem ilu ċemplulha minn Londra u qalulha li r-Reġina Eliżabetta II tixtieq tagħtiha unur għax-xogħol li qed tagħmel. 

Sarah hija omm Jacob - iż-żagħżugħ magħruf bħala The Titanium Man. Jacob kellu infezzjoni f'moħħu li kważi qatlitu. Imma b'enerġija u kuraġġ enormi, ommu Sarah baqgħet miegħu sakemm bis-saħħa tal-kura, illum Jacob għaddielu u jgħix ħajja normali.

Imma r-Reġina ma tatx l-unur lil Sarah għal daqshekk biss. Sarah timpressjonak l-aktar għaliex flok qagħdet bi kwietha d-dar, wara l-esperjenza li għaddiet minnha mat-tifel tagħha, waqqfet l-għaqda Survivors Malta. L-iskop ta' din l-għaqda kien li tgħin u tagħti ispirazzjoni b'diversi modi lil min hu marid. U wieħed minn dawk il-modi kienet li twettaq xewqa kbira ta' binha Jacob - dik li jiftaħ u jmexxi kafetterija.

Aħna tkellimna ma' Sarah li ftit jiem ilu rċeviet mir-Reġina nfisha l-unur imsejjaħ The Commonwealth Point of Light Award, li jirrikonoxxi x-xogħol tajjeb li jagħmlu n-nies fil-komunità fejn jgħixu.


Sarah ma' binha Jacob fil-kafetterija "Jacob's Brew" (Ritratt: Mark Zammit Cordina)

"Inħossni verament grata li rbaħt dan il-premju. Mhux għax irċevejtu jiena personalment, imma għaliex ġew rikonoxxuti d-dedikazzjoni ta' familti u n-nies li dejjem appoġġjawna f'dak li qed nagħmlu," qaltilna Sarah.


Sarah mal-unur iffirmat mir-Reġina nfisha

Tgħidilna li l-premju, apparti li jagħti kredibbiltà lil NGO Survivors Malta, qed ifakkarha li qed twettaq il-missjoni tagħha b'mod tajjeb. 

"Darba qaluli li kulma jiġri f'ħajjitna, jiġri għal raġuni. Meta rnexxielna ngħaddu mill-maltempata ta' Jacob kont determinata li dik l-esperjenza nagħmilha r-raġuni għalfejn għandi nagħmel differenza," qaltilna. "Kulma għamilna sar b'ħafna sagrifiċċji u kien hemm waqtiet meta ħassejna li se naqtgħu qalbna, però issa dan il-premju qed ifakkarni li mexjin fit-triq it-tajba u qed jimmotivani biex niftaħ proġetti fil-futur li jgħinu lil dawk il-familji li qed jaffaċċjaw trawma." 


Sarah kienet qed tkellimna minn ġol-kafetterija tat-tifel tagħha. Għax iva, dik il-kafetterija li kienet il-ħolma ta' Jacob, irnexxielhom jibnuha wkoll, grazzi għal żewġ żviluppaturi Maltin tal-propjetà - Chris u Erskine - li semgħu b'din l-istorja ta' Jacob u ssieħbu fil-ħolma tiegħu u ommu u ddeċidew li mill-qligħ tal-kumpanija tagħhom - Best Deal Properties - jibnu l-kafetterija u jħallsu l-ispejjeż kollha biex jarmawha bl-aħħar teknoloġija.

Aħna tkellimna ma' Erskine wkoll.


"Introduċewni mal-familja ta' Jacob u qaluli bil-ħolma ta' Jacob li jixtieq ikollu ħanut tiegħu. Il-binja kienet lesta, imma kienet vojta, u allura aħna ddeċidejna li nagħmlu x-xogħol kollu fuq ġewwa, għax dik hi l-linja tagħna," qalilna Erskine. 

"Wieħed mill-akbar mumenti ta' sodisfazzjon li qatt kelli f'ħajti kien meta lestejnieha u ħarisa lejn it-tbissima fuq wiċċ Jacob u Sarah."

Illum il-ġurnata, Erskine u Chris huma tnejn mill-aktar żviluppaturi tal-propjetà mfittxijin f'Malta minħabba x-xogħol professjonali tagħhom fil-proġetti ta' kostruzzjoni li jagħmlu madwar Malta u Għawdex. 


Jekk trid tkun taf aktar dwarhom u dwar ix-xogħol tal-Best Deal Properties, tista' tidħol fuq is-sit tagħhom, u anke fuq il-paġna ta' Facebook tagħhom.


3 comments: