Ilbieraħ din il-mara vulnerabbli kienet qed tiġi esposta sesswalment.
Fuq il-midja soċjali, ilbieraħ kien qed idur filmat ta' din il-mara li għandha kundizzjoni mentali. Fil-filmat, raġel f'vettura beda jistaqsiha diversi mistoqsija ta' natura sesswali u jiffilmjaha hi u tweġibhom, u saħanistra tidher tniżżel il-qalziet u turih il-parti sesswali tagħha.
Aħna tkellimna man-neputija ta' din il-mara, Sandra Mallia li tgħidilna x'għamlet malli indunat li l-mara fil-filmat kienet zitha. "Kif irċevejt il-filmat, ħassejtni mweġġgħa, lanqas li kieku ma kinitx ziti, imma tista' taħseb kemm kont imweġġgħa ħafna meta indunajt li kienet iz-zija tiegħi. Naf li qiegħda fi stat ta' saħħa mentali mhux tajjeb, u mhux sew li dawn in-nies qed jitmejlu b'nies li jbatu b'kundizzjoni mentali. Għaliex għandek tagħmel dawn l-affarijiet?"
Malli rċeviet il-filmat, Sandra niżlet għand iz-zija tagħha. "Kif eżatt irċevejt il-filmat, inżilt għand ziti biex nsaqsi min hu dan il-bniedem. Iz-zija ma riditx tgħidli għax beżgħet li jekk tgħidli, se jiġi jsawwatha. Għedtilha li ħadd mhu ħa jiġi jsawwatha. Bqajt bqajt sakemm sirt naf min hu u għaddejt l-informazzjoni kollha f'idejn il-pulizija, li kellhom ħafna informazzjoni għax qabdu jaħdmu ħafna qabli. Però ma nixtieqx nieqaf hawnhekk għax din setgħet ġrat fuq kulħadd."
Sandra tirringrazzja lil Christabelle Borg. "Nirringrazzja lil Christabelle Borg ħadet inizjattiva u ċemplitli għax il-kanzunetta tagħha titkellem fuq is-saħħa mentali." Christabelle Borg ġiet maħtura bħala l-Ambaxxatriċi tas-Saħħa Mentali ftit wara li rebħet il-Eurovision.
Ritratt: TVM
No comments:
Post a Comment