best deal

Tuesday, 27 March 2018

Bħalissa dan it-tifel Malti qed issirlu bypass


Dailyn bħalissa qiegħed l-Ingilterra u qed issirlu bypass tal-qalb.

Dailyn twieled b'toqba f'qalbu u kien qed imut. Fi tliet ijiem kellhom isiefruh għax ġurnata wara ġurnata kien qed jiggrava.

Bħalissa, dan il-ħin, qed issir l-operazzjoni biex Dailyn jimxi 'l quddiem. Aħna tkellimna ma' Raisa, omm Dailyn li tgħidilna li bħalissa tixtieq li kulħadd jitlob għal binha. "Bħalissa ninsabu emozzjonati ħafna. Ftit ħin ilu raqduh. Din weġgħa kbira tara lit-tfal tiegħek jgħaddu minn dan kollu. Nixtieq li jitolbu għalih. Nixtieq li kull min hu għaddej minn sitwazzjoni simili jagħmel kuraġġ."

Tappella biex nhar il-Ġimgħa, in-nies jgħinu lil Puttinu. "Ċemplu ħalli ngħinu lil dawn it-tfal għax verament għandhom bżonn l-għajnuna ta' Puttinu. Kieku m'hemmx Puttinu ma nafx x'naqbad nagħmel. Huma ta' spalla u ta' sapport kbir."

Li tista' tagħmel bħalissa huwa li titlob għalih u li tagħfas 'share' biex ħaddieħor jagħmel bħalek.

Nhar il-Ġimgħa, f'Xarabank ftakar f'Puttinu.

No comments:

Post a Comment