Damian għandu 16-il sena u ftit ħin ieħor dieħel għas-96 operazzjoni.
F'ħajtu Damian iktar qatta' ħin l-isptar milli d-dar. Minn meta twieled, Damian bata minn kundizzjoni li biha qed ikollhom jaqtgħulu partijiet minn ġismu.
Ftit ħin qabel l-operazzjoni, Damian qalilna li jixtieq li nhar il-Ġimgħa l-Kbira f'Xarabank li se jsir b'risq Puttinu jirrispondi t-telefonati. "Jiena naf kemm għenuni. Nixtieq li fil-Ġimgħa l-Kbira nirrispondi t-telefonati. Nirringrazzja lin-nies li qed jgħinu lil Puttinu għax b'hekk qed jgħinu lili. Inħeġġeġ lin-nies biex ikomplu jgħinu lil Puttinu fil-Ġimgħa l-Kbira għax lili għenuni ħafna."
Skont ir-rekords li jeżistu, jidher li Damian huwa l-iktar persuna li qatt għamel operazzjoni f'Malta. Li tista' tagħmel bħalissa huwa li titlob għalih u li tagħfas 'share' biex ħaddieħor jagħmel bħalek.
Din l-intervista li konna għamilnielu sentejn ilu:
No comments:
Post a Comment