
Dawn it-tliet żgħażagħ f'April li ġej se jipprovaw jaslu Amesterdam minn Budapest. Mingħajr flus u mowbajl, u se jkollhom biss fliexken tar-Redbull.
Matthew Schembri, Nicole Cannataci u Jasmine Agius kienu qegħdin l-iskola meta raw il-kompetizzjoni internazzjonali Can You Make It Challenge, li hi għall-istudenti Universitarji biss. B'kollox se jieħdu sehem 200 grupp u kull grupp irid jasal f'ċerti postijiet biex jakkwistaw il-punti. Matul dan il-vjaġġ se jkollhom diversi sfidi u dawn l-isfidi ma jkunux faċli. Fil-passat kien hemm min kellu jagħmel tattoo u anke skydiving. L-iktar grupp li jkollu punti u jirnexxilu jasal Amsterdam jirbaħ l-avventura.
Aħna tkellimna ma' Matthew Schembri li qallina xi jridu jagħmlu f'din l-avventura li se ssir mill-10 sas-17 t'April. "F'7 ijiem minn Budapest irridu naslu Amsterdam. Fuqna ma jistax ikollna mowbajl, flus jew credit cards, u l-unika ħaġa li ħa ningħataw huma flixken tar-Redbull."
X'se jagħmlu b'dawn il-flixken? "Dawn il-flixken tar-Redbull irridu nparrtuhom ma' ikel, ma' xi mkien fejn norqdu u ma' trasport."
SBTB from Jacob Reid on Vimeo.
X'inhi l-iktar ħaġa li jaħsbu li se tkun diffiċli? "L-iktar ħaġa li qed ninkwetaw fuqha hi l-mezz ta' trasport, jiġifieri kif ħa jirnexxilna naslu s'hemm. Probabilment se nippruvaw hitch-hiking jew inkella nippruvaw insibu lil xi ħadd jixtrilna xi biljetti ta' trasport."
Jaħsbu li se jirnexxilhom? "Defenittivament. Ma narax għalfejn naħsbu li le. Għamluha fil-passat u naħseb li se jirnexxilna aħna wkoll."
Matthew, Nicole u Jasmine huma l-ewwel Maltin se jidħlu għal din l-avventura.
Inti tista' tara l-avventuri li se jagħmlu fuq Facebook u fuq Instagram.
No comments:
Post a Comment