
Din il-mara ġiet abbużata minn ħuha u lit-tifel tgħidlu f'wiċċu li qatt ma riditu.

Wara li wellditu, Scarlett ma jkollhiex relazzjoni tajba ma' binha. "Ma tkellmux u meta tkellmu tieħdu bl-herra. Timbuttah, jiġi jifraħ bil-prizes li jirċievi ma tagħtix kasu, u tgħidlu f'wiċċu li lilu qatt ma riditu. It-tifel ma jistax jifhem għaliex ommu qed taġixxi hekk u jixtieq li jkollu l-imħabba t'ommu bħal ħaddieħor."
Minħabba dan il-karattru, Angela tirċievi ħafna kummenti. "Hija diffiċli li tinterpreta karattru hekk. Ħafna nies ma jifhmux li jiena nkun qed ninterpreta dan il-karattru u m'iniex hekk fil-verità. Jibdew jarawni kerha f'għajnejhom. Ippreparawni minn qabel li se nirċievi messaġġi bħalma rċevejt, li jmissni nistħi li nittratta lit-tifel b'dak il-mod u li ma jaħmlunix. L-iskop tal-karattru huwa li noħolqu kuxjenza u li bniedem jista' jinbidel jekk tagħtih ċans."
"Minkejja li huwa karattru, xorta nħossha meta nirċievi kummenti bħal dawn u nixtieq li n-nies jaċċettaw li jien nkun qed nirreċta. Min-naħa l-oħra, lilhom nifhimhom għax jaġixxu hekk minħabba li jkunu daħlu fid-dramm innifsu."
Tgħid Scarlett se tibqa' hekk? Ara kif se tkompli r-relazzjoni tagħha ma' binha billi ssegwi Vigilante kull nhar ta' Sibt fit-8:30pm fuq TVM.
Filmat: Vigilante
No comments:
Post a Comment