best deal

Monday, 5 March 2018

BIL-FILMAT: Fejn hu l-isbaħ, Malta jew Għawdex?


Dwell, interpretata minn Eliana Gomez Blanco u Aidan Jay Drakard, hija l-kanzunetta rebbieħa tal-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ.


Aħna tkellimna ma' Aidan u ma' Eliana li jgħidulna kif din il-kanzunetta hija konverżazzjoni bejn Malta u Għawdex, u fiha jiżvolġi battibekk. "Il-kanzunetta tittratta battibekk bejn Malta u Għawdex. Hawn min jgħid li Malta isbaħ, u hawn min jgħid li Għawdex isbaħ. Kieku l-ġmiel Malti jikkompeti ma' dak Għawdxi, min taħsbu li jirbaħ, Malta jew Għawdex? Fl-aħħar mil-kanzunetta tgħid li dawn iż-żewġ gżejjer huma magħqudin anke jekk hemm il-mewġ jifiridhom."

U x'ħass Aidan xħin tħabbar li rebħet il-kanzunetta tagħhom? "Ma konniex qegħdin nistennewha. Ħassejtni ferħan ħafna u fraħna flimkien. Kienet kompetizzjoni kbira u qatt ma stajna ngħidu li ħa nirbħuha."



U Eliana? "Ma flaħtx nitkellem dak il-ħin. Kont veru ferħana u ma stennejthiex għax il-kanzunetti kollha kienu tajbin."

Saqsejniehom jekk bagħtux messaġġ lil xi ħadd u lil min bagħtuh.  "L-ewwel messaġġ li bgħatt kien lil ommi u għedtilha grazzi ta' kemm tagħmel miegħi," jgħidilna Aidan. Filwaqt li Eliana tistqarr, "L-ewwel messaġġ kien lil mamà u lill-papà, u lit-tim kollu."

Il-kanzunetta Dwell inkitbet fuq kliem ta' Emil Calleja Balisa u fuq mużika ta' Dario Bezzina. Dwell kienet ukoll l-aħjar kanzunetta fil-kategorija minn 13 sa 16-il sena. Eliana hija studenta ta' Danica Muscat, filwaqt li Aidan huwa student ta' Kaya Priscilla.

No comments:

Post a Comment