best deal

Monday, 19 March 2018

BIL-FILMAT: Min se jirbaħ, Dan jew San?


Nhar is-Sibt, Dan u San se jiġġieldu kontra xulxin.

Is-sala ta' Sir Temi Zammit se tinbidel f'ring tal-boxing li fiha ħa naraw lil Dan u lil San jiġġieldu kontra xulxin.

Aħna tkellimna magħhom u qalulna li ilhom sena jaħsbu biex 'jiġġieldu' kontra xulxin. "Kull sena tipprova tagħmel xi ħaġa differenti biex tiġbed lin-nies. Il-ħsieb ta' Dan kontra San beda sena ilu meta għedna biex nagħmlu ring fuq il-palk li fiha nġelldu l-argumenti."


F'dan ix-xow ħa naraw karattri ġodda li qatt ma rajniehom qabel. "Apparti li ħa jkun hemm biċċa boxing, ħa nġelldu l-argumenti, ħa jkun hemm stand up comedy u ħa naraw ukoll lat differenti ta' Dan u San. Mhux se nidħku biss imma se joħroġ ftit sugu mill-biċċa tax-xogħol kollha. Ħa taraw ukoll lil Vinnie, lil Fuzzy u karattri ġodda li qatt ma rajtuhom qabel."


U l-preżentatur ta' Ħadd Għalik, PJ Vassallo Mintoff, se jkun ir-referee tal-'ġlieda'. "Wara li għamel biċċa tajba fil-konferenza stampa, għednielu wkoll biex ikun parti mix-xow. Għall-bidu kien imbeżża' biss, iżda aċċetta u daħal fiha sew il-parti. Huwa unur kbir li qed jieħu sehem magħna, PJ."



Għalfejn għandna narawhom? "Għandkom tiġi tarawna għax ħaqqkom tidħku. Tant għandna stress fil-ħajja li kulħadd ħaqqu jidħak għal dawk is-sagħtejn."



Agħfas hawn biex tixtri l-biljetti.

Fix-xow se ssiru tafu min se jirbaħ. Inti min taħseb li se jirbaħ? Ikkummenta hawn taħt.

No comments:

Post a Comment