Quiven irċieva riżultati pożittivi.
Meta kellu 4 xhur, lil Quiven sabulu kanċer f'għajnu. Minħabba l-marda, tilef id-dawl f'dik l-għajn. Ftit wara, il-kanċer reġa' ħariġlu fl-għajn l-oħra, u t-tobba qalu lil ommu u lil missieru: "Jew inneħħulu għajnejh jew il-kanċer jinfirixlu." Meta qalulhom li se jaqlgħulu għajnejh, missier u omm Quiven offrew għajnejhom. Illum Quiven ma jara xejn.
Dak il-ħin Quiven isaqsi lil ommu mistoqsija partikolari. "Dak il-ħin bdejt ngħannqu u nbusu. Qalli, 'Ma x'ġara?' Jiġifieri mhux se mmut?' Ħassejna li twelidna mill-ġdid. B'din l-aħbar stajna mmorru lura d-dar u niċċelebraw il-quddiesa f'għeluq is-sena minn meta mietet ommi mal-familja."
U xi jfisser Puttinu għal Karen? "Meta mmorru l-outpatients, ma nistgħux ma mmorrux ir-rainbow ward biex naraw lil ta' Puttinu. Anke f'dawn il-11-il jum li għamilna l-Ingilterra, għenuna. Puttinu huwa serħan tal-moħħ, li jiġri x'jiġri ħa ssib spalla fuq xiex isserraħ. Inħobbhom ħafna u nqishom parti mill-familja daqskemm jagħmlu ma' Quiven u ma' tfal oħra."
Infakkrek tiftakar li fil-Ġimgħa l-Kbira, f'Xarabank, se tgħin lil ta' Puttinu.
No comments:
Post a Comment