best deal

Saturday, 24 March 2018

Bl-għajnuna t'ommhom dawn iż-żewġ tfajliet sabu l-kuraġġ biex jiġġieldu l-kanċer


Sarah u Victoria, żewġ tfajliet li mardu bil-kanċer.


Ftit taż-żmien ilu ltqajna ma' Sarah. "Għall-bidu ħadtha naqra bil-kbira. Ovvjament ħa teħodha bil-kbira sakemm tidra imma qisni għamilt kuraġġ."

Fl-istess żmien sirna nafu lil Victoria. "Missieri hekk miet. Għaddieli. Erġajt ħadt ħajti lura, bdejt naħdem, nagħmel affarijiet sbieħ li kulħadd iħobb jagħmilhom u erġajt imradt."

Għal Victoria u Sarah ma kinitx faċli. Sarah tgħidilna, "Ommi ħaditha ħażin. Anke jien ħadtha ħażin. Iktar minħabba xagħri ħadtha ħażin imma naf li ħa jerġa' jitla' fuqha. Imma nixtieq nagħmel kuraġġ għax hawn affarijiet . Mhux għax ġralek hekk, taqta' qalbek fuqha. Trid tkompli tiġġildilha l-ħaġa. Trid tagħmel kuraġġ u trid taċċetta u tħobb lilek innifsek mhux qisek iżżomm lura u toqgħod tistaħba. Jiena xtaqt nidher biex ngħaddi l-messaġġ tiegħi: Stand out. Have self-confidence fik innifsek. 




Bint Victoria ta' 6 snin, il-ħin kollu taħseb fiha. "It-tifla ż-żgħira taqsamli qalbi meta tgħidli, “Imma inti ħa tmut?” U dik il-kelma ma niflaħhiex. Ngħidilha, “Jiena ħa nibqa’ miegħek għal dejjem.” U tgħidli biex nagħmlilha promise. Tiġi tiċċekkjani billejl biex tara jekk m’iniex okay u dik tweġġagħni ħafna. Però xorta mhux se naqta’ qalbi. Insejjaħ lili nnifsi suldata u warrior kbira, li hemm it-tfal li għandhom bżonni u ħa ngħix għalihom sakemm jikbru u jixjieħ."



Ftit ġimgħat ilu, fl-istess żmien Sarah u Victoria jingħataw l-aħbar. "Ċempluli għar-riżultat. Bdejt nitriegħed mill-ewwel u bdejt nistaqsi lili nnifsi, 'Tgħid tajbin? Tgħid le?' It-tabib qalli biex niġi għax iridu jkellmuni. Ġiet ommi miegħi u bdejt ngħidilha, 'Min jaf. Min jaf.' Dħalt u qalli, 'You're a good warrior'. Xħin qalli hekk infqajt nibki u nwerżaq. Qalli, 'You're free'. Jiġifieri fiqt. It-tfal kienu l-iskola u bdejt ngħid, min jaf x'se jgħidu. Għedtilhom, 'Fiqt. Ħa nibqa' magħkom. Żammejtha l-wegħda'," tgħidilna Victoria. Sarah tgħidilna, "Ħadt gost li kkonfermali li kollox alright. Ommi wkoll ferħet għax ġiet miegħi. Ħassitha se ttir bil-ferħ."

Bl-għajnuna t'ommhom dawn iż-żewġ tfajliet sabu l-kuraġġ biex jiġġieldu l-kanċer. 

Victoria twassal messaġġ lil ommha. "Ma grazzi ta' kulma tagħmel miegħi. Taf kemm inħobbok. Ħa nibqa' hemm ngħinek u inti tgħin lili, u l-iktar omm naħseb b'qalb tad-deheb għalija. Grazzi ta' kollox."



U anke Sarah twassal messaġġ lil ommha. "Ma nħobbok ħafna. Minn qalbi qed ngħidlek. Għalkemm niġġieldu, taf jien dejjem hawn għalik."

Nhar il-Ġimgħa l-Kbira f'Xarabank ftakar f'Puttinu.

1 comment:

  1. I dette livet fortjener vi alle å være lykkelige i ekteskapet vårt. ekteskap er for bedre tid og verste tid, ekteskap er for begge foreldre å vokse sterke og oppdratt barnas sammen. dette er noe alle ekteskap trenger. Jeg er takknemlig for hjelpen DR WALE gir meg og mannen min ekteskapet vårt var på det tidspunktet kollapset mannen min bidro ikke til ting vi gjør i huset lenger, han tar alltid opp alle slags unnskyldninger, han bryr seg ikke engang om barna våre lenger. Da jeg begynte å legge merke til den morsomme oppførselen hans, var jeg rask med å fortelle en venn som introduserte meg for DR WALE, og fortalte deretter DR WALE om problemene mine i ekteskapet mitt. Er rett derfra DR WALE fortalte meg alt som trengs for å gjøres jeg gjorde alt han ba meg om å gjøre jeg betalte også for varene han ba meg om. mens jeg skriver dette vitnesbyrdet nå har min lykke blitt gjenopprettet og jeg og mannen min er nå lykkelige sammen. Hvis du er i DR WALE-hjelp, kontakt ham på WhatsApp/Viber: +2347054019402 eller e-post: drwalespellhome@gmail.com

    ReplyDelete