best deal

Saturday, 24 March 2018

Dan it-tifel Malti meta jorqod jinsa jieħu n-nifs


Iċ-ċkejken Mason għandu marda serja u rari ħafna. Meta Mason jorqod jinsa jieħu n-nifs u allura dejjem fil-periklu tal-mewt.


Ommu Daniela u missieru Malcolm qegħdin l-isptar l-Ingilterra ma’ binhom għall-kura. Ommu tirrakkonta x’ġara ftit minuti wara li twieled Mason. “Jien ma indunajt b’xejn għax kont għadni taħt l-effett tal-loppju. It-tobba indunaw. It-tifel ġie blu u beda jiġġieled għal ħajtu għax kull darba li jorqod beda jinsa jieħu n-nifs.” Iżid jgħid Malcolm, “Indunajt li ġara xi ħaġa ħażina għax qaluli li jekk ikun kollox sew jagħtuni l-baby wara kwarta u wara kwarta ma wasalx.”

Daniela tistqarr, “Ħafna iebsa għax tipprepara kollox, ikollok kollox lest, id-dar qatt ma ħadtu u s'issa għadu qatt ma ħareġ mill-isptar u lanqas jaf x’inhi l-ħajja ta’ barra.”


Mingħajr il-magni speċjalizzati fl-Ingilterra, Mason ma jistax jgħix. “Fil-fond ta’ qalbi jibqagħli xorta x-xewqa li jfiqli kompletament. Naf li impossibbli imma xorta nitlob li xi darba jfiq kompletament. Dik il-ħaġa ibni jorqod fuqi u rrid inqabbad din il-magna, inħossha bħal ħaġa li qed tifred il-bond ta’ bejnietna. Nixtieq li xi darba ma jkollux bżonn dik il-magna u jkun jista’ jorqod bħalna normali.”

Biex isalvaw il-ħajja tat-tifel tagħhom omm u missier Mason kellhom imorru jgħixu l-Ingilterra u jistgħu jdumu sa 8 snin hemmhekk. Immaġinaw kieku ma kienx hemm Puttinu.  “Puttinu huwa t’għajnuna kbira. Meta konna qalb dak il-ġenn, sibna għajnuna kbira mingħandhom.”


Nhar il-Ġimgħa l-Kbira f'Xarabank ftakar f'Puttinu.

No comments:

Post a Comment