Il-kantanti Michela Galea u Kurt Calleja għamlu l-verżjoni tagħhom tal-kanzunetta tant popolari bħalissa "Rewrite the Stars."
Din id-diska ġejja mill-film mużikali li tant nieżel tajjeb mal-Maltin The Greatest Showman. Dan il- video li fih jidhru Michela u Kurt jagħmlu dwett, ukoll mar tajjeb, tant li fi ftit ħin tella udjenza ta' madwar 23,000.
Il-film The Greatest Showman jirrakkonta l-istorja ta' P.T. Barnum, ir-raġel li vvinta l-ewwel ċirklu. Fl-istorja, Barnum (irreċtat minn Hugh Jackman) jiġbor madwaru l-aktar nies strambi u partikolari u jagħmel spettaklu bl-abiltajiet tagħhom. Minħabba li jkun ġabar madwaru ħafna nies moħbijin u mistmerra mis-soċjetà, isib ħafna oġġezzjonijiet min-nies ta' żmienu. U l-kanzunetta Rewrite the Stars tirrakkonta l-imħabba bejn wieħed mill-persuni meqjusa elite ta' dak iż-żmien (irreċtata minn Zac Efron) u waħda mill-artisti fiċ-ċirklu, li minħabba li kellha ġilda skura, kienet imwarrba minn kulħadd (irreċtata minn Zendaya).
No comments:
Post a Comment