Thursday, 29 March 2018
Din il-mara telqet kollox biex titla' ma' ħuha l-Ingilterra għall-kura
Joseph. Bħal daż-żmien sena ilu jsir jaf li għandu kanċer fid-demm.
Din oħtu Angelika. "Ċempilli mill-isptar u biex jiċċajta qalli, 'Qiegħed weekend break.' Saqsejtu fejn u qalli li qiegħed l-isptar."
Lil Joseph jgħidulu li jrid jitla' għall-kura l-Ingilterra. "Qalli, 'Inti ma tiġix?' Għedtlu, 'Dażgur. Ħuti l-oħra miżżewġin u bil-familja, u jiena waħdi d-dar, u tlajt jiena miegħu."
Bħalissa qegħdin l-Ingilterra u ilhom hemm 3 xhur, fil-flats ta' Puttinu. "Infaħħar ħafna lil Puttinu. Li joffrilek dan l-ispazju kollu u bla ebda ħsibijiet ta' xejn, diġà ħafna."
Għalhekk, għada, f'Xarabank, ftakar f'Puttinu.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment