best deal

Friday, 30 March 2018

"Ġie t-tifel jarani l-Ingilterra u qbadt nibki xħin rajtu sejjer" - Mario


Mario ilu ħames xhur l-Ingilterra għall-kura.

"Ħariġli kanċer u għamilt żewġ trapjanti." Ilu diġà 5 xhur l-Ingilterra. "Il-firda hija firda. Ara kemm ilni nieqes issa minn Malta. Ħames xhur fihom. Lanqas trid tiftakar għax jaqbdek il-biki."

Ħalla lil uliedu Malta u jimmissjahom wisq. "Meta tkun 'il bogħod mill-pajjiż, tħossok imweġġa'. Ma tarax lit-tfal, lil ħbieb, lil ommok ... dawn warajja qegħdin. Inħosshom ħafna għax xħin narahom naqbad nibki. Gradwatli t-tifla lanqas ilħaqtha." Minn Malta lil Mario bagħtuhulu filmat tat-tifla tiegħu tiggradwa. "Xħin rajtha, qbadt nibki. Qaltli biex ma nagħmilx hekk. X'ma nagħmilx hekk. Binti hi x'inhi."

"Weġgħa kbira ġo qalb għax xħin tiftakar li inti mifrud biżżejjed inti. Jiġu jarawni u jerġgħu jiġu imma għedtilhom biex ma jiġux għax ma niflaħx narahom sejrin. Kelli t-tifel qiegħed hawn, qbadt nibki xħin rajtu sejjer. Uġigħ kbir ġo qalbek. Nixtieq narahom illum qabel għada biex inkun ħdejhom. Id-darba l-oħra xħin inżilt l-ajruport ġew jiġru u bdew jgħannquni. Nixtieq li nerġa' naraha din l-affari. Kultant naqta' qalbi li ma ninżilx imma nipprova niġġieled kemm niflaħ biex forsi nerġa' ninżel."

M'għandix dubju li qed tifhem minn xiex għaddej Mario bħalissa u naf li llejla se ċċempel biex tgħinu.

No comments:

Post a Comment