best deal

Saturday, 3 March 2018

"Ġieli kelli politikanti fil-gentlemen's club tiegħi"



Nitkellmu ma' raġel li għandu Gentlemen's Club.


F'intervista ma' Xarabank, is-sid jgħidilna li fil-club jidħlu minn kull tip ta' nies. "Jidħlu nies tat-triq bħali, nies fil-politika, nies imlaħħqin sew fis-soċjetà Maltija u ġieli kelli politikanti. Ikollok nies jidħlulek, jagħmlulek lejl hemm ġew u jonqfu eluf ta' liri fl-istess lejl."

Qalilna li ġieli kien hemm tfajliet Maltin li applikaw biex jaħdmu fil-club tiegħu. "Ġieli kelli nisa jaħdmu miegħi u kienu Maltin. Ma narax għalfejn le. Ngħidilek li ċerti Maltin aħjar mill-barranin fix-xogħol tagħhom, speċjalment fi żfin mal-pole."

Il-maġġoranza tat-tfajliet jimpjegahom minn fuq website ta' aġenzija. "Naħdem ħafna bl-aġenti. Issib aġenti li jħaddmu nisa biex jaħdmu ġo dawn il-clubs. F'parti mill-website tal-aġent ikun hemm ir-reklam tiegħek, bil-kundizzjonijiet tax-xogħol li toffri, bil-faċilitajiet li toffri, u t-tfajliet jekk jogħġobhom dak li qed toffri, japplikaw biex jiġu jaħdmu miegħek. Fl-ebda ħin ma jiġu sfruttati jew imġiegħla li jaħdmu. Kollha jiġu at their own choice and at their own benefit. Iħallsu l-bolla u t-taxxa, jistgħu jieħdu s-sick leave u leave. Kollox normali."

Is-sid qalilna li għall-bidu xi tfajliet isibuha diffiċli biex jidraw ix-xogħol. "Darba kelli waħda, Rumanija, kien għad kellha 18-il sena. Trid tifhem li dawn jiġu hawn biex jibagħtu l-flus lura lill-familja tagħhom. Kif daħlet fil-club miskina nfaqgħet tibki, lanqas kienet taf x'se taqbad tagħmel. Titħassarhom. Mhux ħajja sabiħa imma maż-żmien tibda tidra. Darba minnhom kelli tfajla li ġiet hawn mar-raġel u bit-tifla.Ġew joqogħdu d-dar tiegħi għax ma ridtx nitfagħhom fi flett ma' 4 nisa oħra. Ir-raġel tagħha aċċetta li tagħmel dan ix-xogħol."

Dan is-sid qalilna li t-tfajliet isiru qishom il-familja tiegħu. "Isiru veru parti mill-familja tiegħi. L-ewwel nies, it-tfajliet jispiċċaw qishom ħbieb tiegħek, qishom parti mill-familja tiegħek, li tkun flimkien magħhom, anke mhux fil-ħin tax-xogħol."

U jinkwieta ħafna li tiġrilhom xi ħaġa għax ġieli jkun hemm irġiel li jippruvaw jabbużawhom. "Dażgur li jkollok min jabbuża, l-iktar jekk ikollu xi drink f'rasu. L-imgħallem ma jridx jarak tbati, titkisser, la fiżikament u lanqas moralment."

Staqsejnieh jekk iħallix nisa jidħlu fil-club. "Le jien fil-clubs tiegħi jidħlu tfajliet ukoll. It-tfajla trid tkun mal-boyfriend biex tidħol. Tfajla waħedha mhux se tidħol żgur. Ir-raġuni hija sempliċi: jekk hemm il-partner tagħha qiegħed innemmes jew qiegħed ma' mara mal-bar, ma naħsibx li hija sabiħa li tidħol tfajla fil-club u ssib lill-għarus tagħha jew ir-raġel tagħha qiegħed ma' mara oħra. Jiena mat-tfajla tiegħi mort kemm-il darba ġo strip club u nġibu tfajla tiżfen magħna t-tnejn."

Il-gentlemen's club huma wieħed mill-akbar passatempi ta' dan ir-raġel. "Ma nsiefer imkien jekk ma nidħolx f'gentlemen's club. Min-naħa tiegħi, gentlemen's club narah differenti minn kif jarah ħaddieħor. Jiena għalija mort hemm, għandi kumpanija, nieħu gost nirrilassa ma' mara u nista' nitkellem magħha liberalment."

U staqsejnieh xi jdejqu minn gentlemen's club.  "Li ddejjaqni f'gentlemen's club hi li t-tfajliet ikunu lebsin kważi għarwenin. Kemm hi isbaħ li tidħol hemm u ssib mara liebsa xi ħaġa sexy. Naħseb hi iktar eċċitanti milli jaraha għarwiena diġà."

Jgħidilna li l-gentlemen's club kienu aħjar fil-passat. "L-ewwel nies it-tfajliet kien ikollhom prezz għal kull zifna u għal kull oġġett li jsir fil-club. Illum it-tfajliet jinnegozjawh il-prezz. Ħaġa waħda li ngħidlek hi l-ġimgħa l-oħra, fil-feature, tfajla minnhom qalet li taqla' għaxart elef fil-ġimgħa. Mhux vera. Ma jistax ikun. L-ebda tfajla ma taqbad għaxart elef fil-ġimgħa. L-iktar li taqbad €2,000, €3,000."

Dan is-sid jixtieq li l-gentlemen's club jiġu rregolati aktar. "Sfortunatament liċenzja partikolari għal dawn il-clubs m'hemmx. Naħseb li wasal iż-żmien li niftħu għajnejna u naċċettaw dawn il-clubs ukoll."

No comments:

Post a Comment