best deal

Wednesday, 21 March 2018

Ġieli kellimt lil Kristu u baqa' sieket?



Il-bniedem dejjem ikollu mistoqsijiet li ma jkunx jista' jsib tweġiba għalihom. Ħajtu hija mixja ta' tfittxija għal tweġibiet li jaħseb li jistgħu jwassluh ħa jkun fi sliema miegħu nnifsu. Ġieli tkun tfittxija tal-bniedem fih innifsu, fil-komunità jew bħala pajjiż, jew tal-umanità kollha kellha kemm hi.


L-għorrief ta' żmienu staqsew lil Ġesù biex jonsbuh. L-appostli li għexu miegħu min jaf kemm staqsew u kif weġibhom. Pilatu staqsieh: X'inhi s-sewwa? In-Nazzarenu ma weġibux. Jista' jkun li 's-sewwa' hija Poeżija Siekta fil-ġewwieni tal-bniedem li tgħinu fit-tfixxija għal tweġibiet.

Xi rridu nistaqsuh? Ġieli jibqa' sieket? L-ikbar poeżija siekta tiegħu hi l-għuda tas-salib? Għadna nidfnuh qalb l-imbarazz u l-istorbju? Joħroġ rebbieħ mill-qabar tal-indifferenza tagħha?

B'produzzjoni oriġinali ta' Dwal Ġodda, se tittella' Poeżija Siekta fuq palk armat apposta fil-pjazza tal-Għargħur. 

Din se tittella' nhar il-Ħadd il-Ħadd il-Palm u fil-17:00pm jibda l-ewwel att. Għal din l-attività, id-dħul huwa b’xejn. Min jixtieq jasal bil-karozza tiegħu, se jkun hemm Park & Ride b’xejn minn ħdejn it-Trade Fair Grounds, Naxxar.

Għal iktar informazzjoni idħlu hawnhekk.

No comments:

Post a Comment