best deal

Friday, 2 March 2018

Illejla l-Kap tal-Iskola li ġiet aggredita minn nanna se titkellem live fuq Xarabank



Lorna Schembri, il-Kap tal-Iskola li ddaħħlet l-isptar wara li ġiet aggredita minn nanna ta' student, se titkellem live fuq Xarabank.

Ilbieraħ, il-Malta Union of Teachers (MUT) spjegat kif it-Tlieta li għadda, il-Kap tal-Iskola Primarja tal-Iskola Primarja tal-Birgu Lorna Schembri kienet bilqiegħda titkellem fuq it-telefown fl-uffiċċju tagħha. F'ħin minnhom rat persuna tistenna barra mill-uffiċċju u talbet lill-Assistent Kap biex tara x'riedet.

L-MUT kompliet tispjega kif il-mara bdiet tgħidilhom li ħadd ma kellu jgħajjat man-neputi tagħha, u mingħajr ma tat ċans lill-Kap tal-Iskola tipprova twieġeb, qabditha minn xagħarha u kaxkritha għal mal-art. Żiedet tgħid li dak il-ħin il-mara bdiet tagħtiha ħafna daqqiet bil-ponn u bis-sieq. Kienu l-membri tal-amministrazzjoni tal-iskola flimkien ma' handyman li intervjenew biex iwaqqfu lin-nanna, u wara ġiet skortat barra mill-iskola. 

L-union spjegat kif wara ntalbet l-għajnuna tal-pulizija u ssejħet ambulanza. Lil Lorna fejnsarulha xi testijiet kif ukoll ingħatat il-kura l-isptar. Filwaqt li Lorna Schembri qalet li hi u l-għalliema dejjem ħadu ħsieb lill-istudent, hi ma tistax tifhem x'wassal għal din l-aggressjoni.

Meta tkellmet ma' TVM qalet li tixtieq tgħannaq lit-tifel, in-neputi ta' din in-nanna kif tarah.

In-nanna weħlet multa ta' €4,000 wara li nstabet ħatja għall-akkużi kollha li nġabu kontriha.

Illejla, f'Xarabank Lorna tirrakkontalna x'ġara dakinhar u fil-ġranet ta' wara.



Ritratt: TVM

No comments:

Post a Comment