best deal

Monday, 12 March 2018

Issa tista' tuża il Wi-Fi b'xejn fuq tal-linja.


Bħala parti sabiex jitkompla jitjieb l-esperjenza tal-klijenti li jużaw tal-linja, Malta Public Transport u Transport Malta ingħaqdu sabiex ikomplu jtejbu l-esperjenza tal-klijent fuq il-karozzi tal-linja bl-introduzzjoni ta’ Wi-Fi b’xejn għall-passiġiera.

Matul il-fażi tal-proġett pilota, li ser iddum għal perjodu ta’ tliet xhur, mill-lum, 50 karozza tal-linja ser ikunu qed joffru Wi-Fi b’xejn għall-passiġiera kollha.


“Iktar u iktar nies qed jużaw il-karozzi tal-linja tagħna u nixtiequ noffrulhom l-opportunità li jużaw l-internet b’xejn matul ilvjaġġ tagħhom fuq tal-linja,” qal Konrad Pulé, General Manager tal-Malta Public Transport.



L-għan huwa li wara li jintemm b’suċċess dan il-proġett pilota u l-karozzi tal-linja kollha f’Malta u Għawdex jipprovdu Wi-Fi b’xejn.  

Il-pubbliku huwa mħeġġeġ sabiex jibgħat kwalunkwe kumment fuq - tallinjawifi@publictransport.com.mt



No comments:

Post a Comment