best deal

Tuesday, 27 March 2018

"Jerome kien talabni nwiegħdu biex jiġrilu x'jiġrilu, jien nibqa' ngħin lil Puttinu"

Jerome huwa ż-żagħżugħ li f'Ottubru li għadda tilef ħajtu bit-tielet kanċer.


Martina u Jerome, koppja li kawża tal-kanċer, Puttinu laqqagħhom flimkien. 5 xhur ilu, Martina tilfet lil Jerome wara li ħariġlu t-tielet kanċer. Bħal dan iż-żmien sena ilu, flimkien kienu qed jaħdmu għall-programm tal-Ġimgħa l-Kbira, fejn f'Xarabank ngħinu lil Puttinu. 

"Bħal daż-żmien sena, Jerome u jiena konna qed nippjanaw u naħdmu ħafna flimkien mat-tim kollu għall-programm li jsir kull sena f'Xarabank fil-Ġimgħa l-Kbira li fih ngħinu lil Puttinu.  L-istess Puttinu li għen lili u lil Jerome kontinwament fil-mumenti iebsa."


Jerome, xtaq li anke wara mewtu, Martina tibqa' tgħin. Din il-kelma żammitha u bħalissa Martina qiegħda fi triqtha lejn Malta. "Kien qalli biex nwiegħdu lil jiġrilu x'jiġrilu, nibqa' ngħin lil Puttinu, bl-istess mod kif konna ngħinu aħna t-tnejn flimkien."
Fil-fatt bħalissa Martina qiegħda fi triqtha lura l-ajruport lejn Malta, vjaġġ ta' 6 sigħat. "Il-ħolma tiegħi li ngħin lil Puttinu kienet sa minn meta kont żgħira. Għalkemm iltqajt ma' Puttinu meta mradt, għedt li din hi opportunità li biha issa nista' nibda ngħinhom. Ma ħaristx lejn Puttinu għax jiena mradt, anzi dħalt iżjed għaliha għax nemmen li daqskemm nistgħu nifhmu lill-pazjenti aħna li għaddejna minnha, ma jista' jifhimhom ħadd. Irrid li ħaddieħor isib l-istess għajnuna li sibt jien u jekk hu possibbli jsib aħjar."

Martina tħoss li għandha tibqa' tgħin biex issir differenza. "Inħoss li għandi nibqa' ngħin biex  nagħmlu l-ħajja ta' dawn in-nies iżjed faċli. Nibqa' ngħin billi nagħmel dak kollu li jkun hemm bżonn. Nifhem li bħalissa Puttinu jkun impenjat ħafna, speċjalment biex is-Sibt jiġbru l-pledges. Għalhekk bħalissa ninsab fi triqti lejn Malta biex nagħti sehmi. Din id-darba mhux se ngħin f'ismi biss imma f'isem Jerome għax naf kemm Puttinu kien għal qalbu, u kemm flimkien konna naħdmu għalih."

Martina twassal appell. "Filwaqt li nirringrazzja lin-nies talli dejjem għeu lil Puttinu u sibthom dejjem warajja meta kelli bżonn, inħeġġiġhom biex jerġgħu jkunu hemm għal Puttinu. Dan sabiex nies oħra li huma fil-bżonn, u flimkien inwettqu l-ħolma ġdida ġewwa ċ-ċentru ta' Londra biex inkunu nistgħu nservu iżjed nies."

Għalhekk nhar il-Ġimgħa, f'Xarabank, ftakar f'Puttinu.

No comments:

Post a Comment