best deal

Friday, 23 March 2018

"Kieku xi ħadd jgħidli li ħa mmut, naċċetta ħalli niltaqa' miegħu" - Omm Jerome


Jerome huwa ż-żagħżugħ li f'Ottubru li għadda tilef ħajtu bit-tielet kanċer.


"Qalli, 'Pa qed inħossni naqta' nifsi. X'taħseb? Taħseb li se jirnexxili nirbaħha?" Bqajt nimbuttah. Għedtlu, 'Jerome nibqgħu niġġieldu.' Qed narah jaħrabli minn idejja u komplejt ngħidlu biex nikkumbattu," jgħidilna Kenneth, missier Jerome. Ommu, Josette tgħidilna, "Ara dan it-tifel qed ibati biex jieħu n-nifs u xorta jegħmżilna biex jarana nitbissmulu. Kellna anġlu."

"X'ħa ninsa? Dik il-ħarsa tat-tifel bil-maskla ta' wiċċu, qed jipprova jieħu n-nifs u ma jistax u qed ikellmek b'għajnejh qisu qed jgħidlek, 'Pa, għenni' u jiena ma nistax ngħinu. X'jibqa' fik?" jirrakkontalna Kenneth. Ommu tgħidilna, "Ħafna ħafna iebsa u ma tista' tagħmel xejn. Taqbadlu jdejh biss u tgħannqu. Però miet kuntent. Għall-inqas kulħadd imdawwar miegħu, baqa' sal-aħħar jgħid it-talb u miet kuntent."

"Għandi l-privileġġ li tani r-rigal li miet mgħannaq miegħi u din tibqa' tħossha għomrok kollu. Tgħannaq kemm tgħannaq cushions miegħek, it-tifel tibqa' tħossu. Dak l-aħħar nifs li ħa f'widnejja tibqa' tħossu ġo fik, " jistqarr magħna Kenneth. 

"Qabel ma norqod ngħidlu, 'Good night Jerome' u nagħtih bewsa. Hekk kont ngħidlu meta kien għadu ħaj. Bqajt ngħidhielu u allura mbagħad tibda taħseb u norqod nibki. Kieku jerġa' jiġi ngħannqu u nbusu. Qabel kont nibża' ħafna mill-mewt imma llum kieku jiġi xi ħadd u jgħidli ħa tmut, naċċetta ħa mmur niltaqa' miegħu."

Nhar il-Ġimgħa l-Kbira, f'Xarabank, ftakar f'Puttinu.

No comments:

Post a Comment