L-operazzjoni tal-bypass tirnexxi fuq Dailyn.
Dailyn twieled b'toqba f'qalbu u lbieraħ għamel operazzjoni li damet ma' 7 sigħat u nofs. Aħna tlabniekom titolbu għalih u, omm u missier Dailyn, Raisa u Carlos, jixtiequ jirringrazzjawkom.
"Ħafna nies bagħtuli li qed jitolbu għalih u nixtiequ nirringrazzjawhom talli ħasbu fih waqt l-operazzjoni. Kull min hu għaddej minn xi ħaġa simili, ngħidilhom biex ma jaqtgħux qalbhom u nibqgħu nitolbu.
Puttinu għenna ħafna u ma nafx x'konna nagħmlu mingħajru. Itaffulek ħafna mill-uġigħ li jkollok. Żgur kienet tkun diffiċli, kieku ma kellniex l-għajnuna ta' Puttinu. Tkun qisek ġo dgħajsa, f'daqqa waħda tegħreq, u ssib lil xi ħadd min jgħinek."
Għalhekk, nhar il-Ġimgħa f'Xarabank ftakar f'Puttinu.
No comments:
Post a Comment