best deal

Thursday, 22 March 2018

Lil ommha qalulha li fuq l-ajruplan bintha tista' tmut


Meta tħares lejn din it-tifla qatt ma taħseb minn xiex għaddiet.


Ta' 7 xhur kienet fil-periklu tal-mewt. Il-missier jgħid li ma kinitx se tibqa' ħajja. "Emily spiċċat bi problemi fil-qalb, fin-nifs u fil-fwied u kienu qed jgħidulna li mhux ħa tibqa' ħajja." Ommha tgħid li kienet se titlef rasha. "Ħsibt li se nitlef rasi. Ma stajtx nimmaġina ħajti mingħajr Emily."


Emily għandha marda rari ħafna. Lil ommha jgħidulha biex tieħu lil Emily għall-kura l-Ingilterra. "Kellna xokk kbir fuqna. Bżajna ħafna. Xħin qalulna li ħa jkollna nitilgħu l-Ingilterra indunajna li kienet ħaġa veru kbira għax hija kundizzjoni rari ħafna."

Lil ommha qalulha li fuq l-ajruplan bintha taf tmut u ma tasalx ħajja. "Ġejna hawn Londra u t-titjira kienet l-iktar titjira li bżajt f'ħajti għax qaluli li hemm ċans li ma tasalx ħajja. Kif wasalna u rajtha b'għajnejha miftuħin ... kienet l-isbaħ ħaġa li rajt meta rajtha b'għajnejha miftuħin."

L-Ingilterra omm Emily tgħidilna li f'daqqa waħda tibda ġejja għall-aħjar. "L-affarijiet bdew sejrin għall-aħjar, l-Ingilterra. Għall-bidu bdew jieħdu ħsieb il-problemi li jistgħu jinqalgħu. Però bdiet sejra għall-aħjar u nista' ngħid li kien miraklu. Inħossuna xxurtjati li għandha ċans ieħor."


Omm Emily tilbes ġiżirana bl-ewwel ittra ta' isem bintha. "Ma nneħħihiex għax tgħinni nħossni li qiegħda dejjem miegħi. Hija d-dinja tiegħi."


Għal Emily u l-familja allaħares ma jkunx Puttinu u għal Puttinu allaħares ma hemmx inti. Nhar il-Ġimgħa l-Kbira, f'Xarabank ftakar  f'Puttinu. 

No comments:

Post a Comment