best deal

Wednesday, 21 March 2018

"Mewt kienet waħda mill-aħħar kliem li qalli Daryl" - Ryan Spiteri



Daryl Aloisio huwa s-sewwieq tal-mutur li tilef ħajtu f'inċident bil-mutur it-Tnejn li għadda.

Aħna tkellimna mad-DJ Ryan Spiteri li qalilna kif il-kelma 'mewt' kienet waħda mill-kliem li qallu Daryl qabel l-inċident. "Biex ngħaddu l-ġurnata, konna noqogħdu nibagħtu l-filmati tad-daħk lil xulxin. Wara filmat minn dawn, ktibtlu 'mal-art', li speċli ħa nispiċċa mal-art bid-daħk u huwa kitibli 'mewt' li se jmut bid-daħk."


Daryl u Ryan saru jafu lil xulxin permezz tal-gym. "Jiena u Daryl l-ewwel li ltqajna meta kien il-personal trainer tiegħi tal-gym. Meta kont waqaft mill-gym, sirna iktar ħbieb ta' xulxin permezz ta' Facebook. Għalkemm avversarji fil-futbol, jiena man-Napoli u hu mal-Juventus, ma tgħaddix ġurnata li ma nitkellmux. Issa ma nistax naċċetta miegħi nnifsi li jiena nistennieh jibgħatli u naf li mhux se jibgħatli lura."

Jirrakkontalna kif sar jaf li miet Daryl. "Dħalt fuq Facebook u rajt li xi ħadd itteggjah u kiteb rest in peace Daryl. Dak il-ħin ħsibt li xi ħadd kitiblu hekk għax il-Juventus ġew draw ma' tim żgħir. Però dħalt fuq Facebook tiegħu u rajt li kien involut f'inċident bil-mutur. Dak il-ħin ixxokkjajt ruħi u lanqas stajt nimxi."
Nhar is-Sibt, DJ Ryan Spiteri se jfakkar il-memorja ta' Daryl fl-ewwel party tiegħu ta' din is-sena. "Fl-aqwa mument tal-party se nwaqqaf il-mużika biex nagħmlu minuta silenzju. F'dak il-ħin nistieden lil kulħadd biex jixgħel xi tip ta' LED, torch jew lighter matulha."
Itemm jgħid li Daryl kien tip ta' persuna li jħobb lil kulħadd, dejjem jidħak u jiċċajta. Ma ltqajtx ma' nies bħalu.

No comments:

Post a Comment