Saturday, 31 March 2018
Miġbura somma rekord ta' €1,620,530 f'Xarabank għal Puttinu
F'Xarabank illeja nġabret is-somma rekord ta' €1,620,530 b'risq Puttinu.
Bħalma nagħmlu kull sena, fil-Ġimgħa l-Kbira xandara l-edizzjoni speċjali ta' Xarabank li fiha ġbarna l-flus biex Puttinu jkun jista' jibni flats fiċ-ċentru ta' Londra ħalli jgħin lill-pazjenti Maltin li jitilgħu għall-kura l-Ingilterra.
Waqt il-programm, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern se jagħti €5 miljun lil Puttinu.
Dawk il-familji, negozji, kumpaniji u nies oħra li taw pleġġ ta' €300 jew €500 se jkollhom isimhom imnaqqax f'dawn il-flats fil-qalba ta' Londra. Il-kumpaniji, fabbriki, lukandi u negozji kbar li taw €5,000 se jkollhom kamra fil-flats li ġġib isimhom jew isem il-kumpanija.
Nirringrazzjaw lilkom, il-Maltin u l-Għawdxin li tajtu d-donazzjonijiet tagħkom f'Xarabank tal-lejla. Grazzi talli kontu protagonisti f'din il-kawża ġusta. Din is-somma tixhed il-qalb ġeneruża tal-Maltin u l-Għawdxin!
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment