Thursday, 29 March 2018
"Nibżgħu għal Puttinu ħalli Puttinu jibqa' jibża' għalina" - Dr Deo Debattista
Dr Deo Debattista jinsab Sutton iżur lill-pazjenti Maltin li bħalissa qed jgħixu fil-flats ta' Puttinu biex ikunu jistgħu jingħataw il-kura l-Ingilterra.
Aħna tkellimna mad-Deputat Dr Deo Debattista li jistqarr magħna l-emozzjoni li jħoss meta jiġi Sutton. "Temozzjonana ruħek bla trid meta tiġi tara l-kobor tal-ġid li qed jagħmel Puttinu. Se nitkellem bħala tabib. Moħħi dejjem ikun mistrieħ li fejn ħa jmorru l-pazjenti ħa jsibu l-għajnuna għax f'moħħi Puttinu qisu l-Florence Nightingale ta' Malta, fejn taf li l-pazjenti tiegħek lil hinn minn xtutna hemm min jieħu ħsiebhom. Inħossni xxurtjat li għandna lil Puttinu, u lill-poplu Malti li jibża' għal Puttinu biex Puttinu jibqa' jibża' għalina."
Dr Debattista jappella biex in-nies ikomplu jgħinu lil Puttinu. "Puttinu barra x-xogħol tajjeb li qed jagħmel, għandu bżonn l-għajnuna tagħna. Huwa importanti li jkollna post ċentrali f'Londra. Min ħareġ bl-idea ta' Puttinu u min qed ikompli b'din l-idea, ċert li għandhom post il-Ġenna. Mhijiex biss li inti ġejt għall-kura, imma hemm il-faraġ li għandek das-suppost kollu li huwa parti mill-kura. Il-kura waħedha mingħajr Puttinu mhi xejn."
Għalhekk, għada, f'Xarabank, ftakar f'Puttinu.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
No comments:
Post a Comment