Il-Ħadd li għadda, gazzetta lokali qalet li l-President ta' Malta, Marie-Louise Coleiro Preca tixtieq li jiġġedded it-terminu tagħha bħala President.
B'reazzjoni għal dan, l-uffiċċju tal-President qal li qatt ma kien hemm diskussjonijiet formali jew informali, u lanqas sinjali diplomatiċi dwar il-possibbiltà li l-President Marie-Louise Coleiro Preca, isservi t-tieni terminu tagħha.
Illum, il-Prim Ministru ta' Malta, Joseph Muscat, ikkonferma li dak li qalet il-President ma' TVM. "Nikkonferma kelma b'kelma dak li qalet l-eċċellenza tagħha l-President, la direttament u lanqas indirettament ma tkellmet miegħi jew bagħtet xi messaġġ b'dak li ġie rrapportat u naħseb għandna b'rispett lejn il-President inħalluha tagħmel ix-xogħol tajjeb ħafna li qed tagħmel b'serenità sħiħa."
It-terminu tal-President jagħlaq is-sena d-dieħla.
No comments:
Post a Comment