best deal

Thursday, 1 March 2018

AĠĠORNATA:"Xi ħadd tah daqqa ta' ponn" - Juan, it-tifel tiegħu


AĠĠORNATA:

Ftit tal-minuti, instab Pedro Jimenez, li kien ilu nieqes mill-bieraħ.


Ma' Xarabank, Juan, iben Pedro, stqarr, "Ftit tal-ħin ilu nstab missieri f'Ħal Luqa. Xi ħadd tah daqqa ta' ponn. Ħaduh l-għassa u wara se jittieħed l-isptar għal kura.


Qabel:

Bħalissa għaddejja tfittxija biex jinstab Pedro Jimenez, li ilu nieqes mill-bieraħ.


Aħna tkellimna ma' ibnu li jgħidilna li jinsab ħażin ħafna. "Missieri għandu 75 sena u jbati mid-dimensja. L-aħħar li rajtu lbieraħ il-garaxx. Xħin wasalt lura mix-xogħol, kont ftit ma niflaħx u dħalt norqod. Qomt u minħabba li missieri jgħix waħdu, mort biex nagħtih l-ikel iżda ma sibtux hemm. Bdejt infittxu iżda għalxejn. Għall-ħabta tat-20:00, għamilt rapport, bdiet it-tfittxija u s'issa għadu ma nstabx."

Jappella għall-għajnuna. "Xi nies qaluli li rawh fil-limiti tal-Mosta u Naxxar. Kien liebes ġakketta beige skura, qalziet iswed u kappell. Nitlob lin-nies biex jipprovaw jgħinuna ħalli missieri jerġa' lura magħna. Kull min jilħmu, nitolb biex iċemplu fuq 112 jew 99368370."

No comments:

Post a Comment